IL-GVERN JEMMEN LI L-INDUSTRIJA TAL-MANIFATTURA GĦAD GĦANDHA POSTHA LLUM U FIL-FUTUR F’PAJJIŻNA – IL-MINISTRU CHRIS CARDONA
Il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, Dr. Chris Cardona qal li l-Gvern jemmen li l-Industrija tal-Manifattura għad għandha postha llum u fil-futur f’pajjiżna. Il-Ministru Cardona afferma dan mill-ġdid matul żjara li għamel fil-kumpanija Nylon Knitting LTD.
Il-Ministru Cardona qal li dan il-Gvern hu konxju li ħafna drabi l-investituri qed isibu ma wiċċhom xkiel aktarx bla bżonn u għalhekk se tkun qed issir ħidma biex ikun aċċertat li dan ma jibqax iseħħ.
Dr. Chris Cardona tkellem fit-tul maċ-Chairman tal-kumpanija s-Sur Luigi Pezzoli li esprima t-tħassib tiegħu dwar l-isfida kbira li l-prezz u l-kwalità tas-servizzi tal-energija f’Malta qed ipoġġu fuq l-operat.
Min-naħa tiegħu l-Ministru Cardona qal li l-kwistjoni tal-Enerġija kienet fuq nett tal-aġenda elettorali tal-Partit Laburista u se tibqa’ fuq nett tal-aġenda issa li hu fil-Gvern. Dan il-Gvern, saħaq il-Ministru Cardona, hu konvint li l-pjan tiegħu li jnaqqas l-ispejjeż tal-energija huwa fattibli u se jwassal biex il-kompetittività ta’ pajjiżna, inkluża dik tas-settur tal-manifattura, tingħata spinta ‘l quddiem.
Il-Ministru Cardona akkumpanjat mill-amministrazzjoni tal-Kumpanija Nylon Knitting Ltd żar id-diversi dipertiment u taqsimiet tal-kumpanija fejn ingħata spjegazzjoni tal-operat li twettaq din il-kumpanija, li timpjega 295 ruħ f’pajjiżna.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en