“NINSABU IMPENJATI BIEX IL-PARK TAL-MAJJISTRAL JITĦADDEM BIS-SĦIĦ, KIF SUPPOST U FL-IQSAR ŻMIEN POSSIBBLI” – IL-MINISTRU LEO BRINCAT
Waqt żjara dalgħodu fil-Park tal-Majjistral, il-Ministru Leo Brincat qal li l-Gvern jinsab impenjat biex dan il-park jitħaddem bis-sħiħ u kif suppost fl-iqsar żmien possibli.
Il-Ministru Leo Brincat qal li huwa l-ħsieb tal-Gvern li fil-futur qrib jitwaqqaf bord ġdid biex jamministra b’superviżjoni l-Park tal-Majjistral, b’tali mod li l-park ikun jista’ jilħaq l-għanijiet oriġinali tiegħu. Dan fl-istess waqt li jiġu megħluba problemi li nibtu fis-snin riċenti u li kienu wasslu għal ċerti riżenji minn fuqu, sa mis-Sajf ta’ sena ilu.
Qal li wara dan, il-pass illi jmiss huwa li jkun hemm pjan ta’ azzjoni li bih filwaqt li tiġi mħarsa r-rikkezza ekoloġika u storika ta’ sit ta’ importanza nazzjonali bħal ma huwa l-Park tal-Majjistral, b’dan il-pjan jingħata wkoll spazju, b’mod regolat, għal delizzji sostennibbli li hawn f’pajjiżna.
Il-Ministru Leo Brincat qal li hu diġà ngħata x’jifhem li se jsib il-koperazzjoni tal-istakeholders ewlenin kollha u għaldaqstant laqa’ din l-isfida b’ottimiżmu u bi spirtu pożittiv.
L-amministraturi tal-Park tal-Majjistral, Nature Trust, Din l-Art Ħelwa u Gaia Foundation laqgħu b’sodisfazzjon il-fatt li l-Gvern se jkun qed jgħati s-sapport kollu tiegħu biex il-Park tal-Majjistral jitħaddem bis-sħiħ u min-naħa tagħhom qalu li se jkunu qegħdin jagħtu kull għajnuna li se jkollu bżonn il-Gvern biex dan iseħħ.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en