Left arrow Mur Lura

LAQGĦA BEJN IL-MINISTRU GĦALL-FAMILJA U SOLIDARJETÀ SOĊJALI MARIE-LOUISE COLEIRO PRECA U L-AMBAXXATRIĊI AMERIKANA L-EĊĊELLENZA TAGĦHA GINA K. ABERCROMBIE-WINSTANLEY

pr0549
Date Icon 04/04/2013

F’laqgħa li saret bejn il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Marie-Louise Coleiro Preca u l-Ambaxxatriċi Amerikana l-Eċċellenza Tagħha Gina K. Abercrombie-Winstanley, ġie spjegat kif il-Gvern Malti se jkompli jsaħħaħ ir-relazzjonijiet li jeżistu mal-Istati Uniti.

Il-Ministru Coleiro Preca elenkat id-diversi sfidi li se tkun qed tindirizza fil-qasam soċjali.

Fost l-oħrajn, Marie-Louise Coleiro Preca spjegat lill-Ambaxxatriċi Amerikana kif il-gvern se jkun qed iwettaq proġett kbir fejn jagħti s-serħan tal-moħħ lill-ġenituri ta’ persuni b’diżabilità li jekk jiġu nieqsa huma, se jidħol l-Istat li jieħu ħsieb ta’ wliedhom f’każ li ma jkunux jistgħu jkollhom ħajja indipendenti.

Dan billi tinstabilhom residenza fil-komunità fejn il-persuni jibqgħu jgħixu b’mod dinjituż.

Il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali qalet ukoll li l-prijorità tal-Gvern hija li aktar anzjani jirċievu servizzi fil-komunità u li dawn is-servizzi mhux biss jilħqu standards Ewropej imma anki nħarsu lejn mudelli oħra madwar id-dinja fosthom dawk Amerikani.

Il-Ministru u l-Ambaxxatriċi tkellmu wkoll fuq il-kwistjonijiet tal-adozzjoni u fostering.

Ġie diskuss ukoll il-bżonn li l-vuċi tat-tfal tinstema’ speċjalment fil-Qorti tal-Familja.

Huma ddiskutew l-introduzzjoni tad-Drugs Court f’pajjiżna bħala ma diġà jeżisti fl-Istati Uniti.

Iż-żewġ partijiet wiegħdu li jikkollaboraw flimkien favur il-ġustizzja soċjali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow