L-ONOR. DOTT. ANTON REFALO, MINISTRU GĦAL GĦAWDEX, IPPARTEĊIPA F’KONFERENZA INTERNAZZJONALI LI KIENET TIRRIGWARDA L-IMMIGRANTI IRREGOLARI ĠENERALI
L-Onor.Dott. Anton Refalo, Ministru għal Għawdex, ipparteċipa f’konferenza internazzjonali f’lukanda ewlenija f’Għawdex li kienet tirrigwarda l-immigranti irregolari ġenerali. Din il-konferenza hija it-tieni waħda tax-xorta tagħha li kienet organizzata mill-Kunsill Lokali tax- Xagħra, Għawdex.
Waqt l-intervent tiegħu, l-Onor. Dott. Anton Refalo stqarr li f’Għawdex għalkemm in-numru ta’ immigranti huwa relativament żgħir imqqabel ma’ dak ta’ Malta, xorta ser jibqa’ kommess sabiex ikompli jibni fuq dak li nbena minn amministrazzjonijiet preċedenti. Dan ser isir billi jkomplu jinħolqu korsijiet, idealment għal sitt xhur, fejn l-immigranti jingħataw taħriġ bażiku tal-lingwa Maltija u Ingliża bil-għan li jkunu kapaċi jibdew jintegraw iktar fil-ħajja soċjali u ekonomika tal-gżira tagħna.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en