Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAR-RIĊERKA, INNOVAZZJONI, ŻGĦAŻAGĦ U SPORT L-ONOR. STEFAN BUONTEMPO F’LAQGĦA MAR-RAPPREŻENTANTI TAL-VALLETTA GRAND PRIX FOUNDATION

pr0538
Date Icon 03/04/2013

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, l-Onor. Stefan Buontempo kellu laqgħa mar-rappreżentanti tal-Valletta Grand Prix Foundation, fejn matulha ġie diskuss kif dan l-avveniment jista’ jikber u jħalli impatt akbar fuq l-ekonomija tal-pajjiż.

Il-Valletta Grand Prix Foundation torganizza l-grand prix ta’ karozzi klassiċi madwar id-dawra tal-Belt Valletta. Stefan Buontempo wiegħed lill-membri tal-Valletta Grand Prix Foundation li ser jgħinhom biex din terġa’ ssir il-Belt Valletta peress li bħalissa din qed issir l-Imdina minħabba li l-Belt Valletta mhijiex aċċessibbli,

Stefan Buontempo tkellem fuq l-importanza ta’ avvenimenti bħal dawn li permezz tagħhom inkunu qed ngħinu l-ekonomija Maltija. Buontempo saħaq li l-Gvern irid ikun sieħeb f’dawn l-attivitajiet u wiegħed l-għajnuna tiegħu fl-organizazzjoni ta’ dawn l-avvenimenti.

Is-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo stqarr li l-Gvern ser jiffoka fuq attivitajiet sportivi minuri għaliex dawn ukoll jixraqilhom l-attenzjoni tal-Gvern peress li kull attività għandha potenzjal soċjali u ekonomiku.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow