STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAD-DJALOGU SOĊJALI, AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR U LIBERTAJIET ĊIVILI
John Bencini maħtur chairperson tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali
Il-Gvern qed jaħtar lis-Sur John Bencini bħala chairperson tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali.
Il-ħatra saret wara konsultazzjoni mal-membri tal-MCESD, fejn ġew innotati pożizzjonijiet kemm favorevoli kif ukoll ta' riżerva għal din il-ħatra.
B’din il-ħatra il-Gvern irid jimmarka li t-tmexxija ta' dan il-Kunsill għandha tkun tali li nies li ġejjin minn kull wieħed mill-gruppi rappreżentati: min iħaddem, il-unions, u s-soċjetà ċivili, jkollhom l-opportunità li jservu f’din il-kariga, mingħajr l-ebda settur ma jkun eskluż.
Il-Gvern iħoss li wasal iż-żmien li għall-ewwel darba mit-twaqqif tiegħu, il-Kunsill ikun immexxi minn persuna mill-qasam tat-trade unions.
Filwaqt li awgurat lis-Sur Bencini għal ħatra tiegħu, il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Drittijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, Helena Dalli, qalet li hija ċerta li ċ-Chairman il-ġdid se jagħraf juża l-esperjenza tiegħu biex iqarreb l-ideat u jmexxi ’il quddiem lill-MCESD.
Nhar il-Ġimgħa, il-Gvern se jkun qed ilaqqa’ lill-MCESD biex jagħti overview tal-Budget li se jiġi ppreżentat fil-Parlament tlett ijiem wara.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en