KOLLABORAZZJONI BEJN IL-GVERN MALTI U L-KUMMISSJONI EWROPEA FAVUR ĦIDMA FIL-QASAM TAL-ANZJANI U L-PERSUNI B’DIŻABILITA’
F’laqgħa li saret bejn il-Ministru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali Marie-Louise Coleiro Preca u l-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa u l-Politika tal-Konsumatur Tonio Borg ġie diskuss kif tista’ tinbena sinerġija bejn il-Gvern Malti u l-Unjoni Ewropea b’risq il-qasam soċjali.
Il-Ministru Marie-Louise Coleiro Preca flimkien mal-Kummissarju Ewropew Tonio Borg elenkaw għall-kollaborazzjoni f’dan il-qasam, speċjalment fejn jidħlu l-anzjani u l-persuni b’diżabilita’.
Coleiro Preca saħqet li l-gvern huwa mpenjat sabiex jaħdem fuq il-kunċett ta’ active-ageing fejn l-anzjani tagħna nżommuhom attivi biex jibqgħu ntegrati fil-komunitajiet tagħna.
Tul il-laqgħa ssemma l-proġett tal-e-health fejn fil-futur dan jista’ jkun parti minn servizz mogħti wkoll lill-anzjani tagħna fil-komunita’.
Il-Ministru u l-Kummissarju Ewropew ddiskutew ukoll il-kunċett ta’ independent living marbut mal-qasam tal-persuni b’diżabilita’.
Dan is-servizz ukoll huwa parti mill-aġenda tal-gvern sabiex anki l-persuni b’diżabilita’ jibqgħu fil-komunita’ tagħna.
Finalment iż-żewġ partijiet qablu li jkomplu jaħdmu flimkien fil-qasam tal-anzjani u l-persuni b’diżabilita’.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en