IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-KOMPETITTIVITÀ U T-TKABBIR EKONOMIKU DR. EDWARD ZAMMIT LEWIS F’LAQGĦA MAL-GENERAL WORKERS’ UNION
Fl-laqgћa li kellu mal-General Workers’ Union, is-Segretarju Parlamentari gћall-Kompettività u Tkabbir Ekonomiku, Dr. Edward Zammit Lewis semma illi fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet dan il-Gvern ser jinvolvi lill-partijiet interessati kollha inkluż il-General Workers’ Union u unjins oћra.
Is-Segretarju Parlamentari qal li l-prijorità ta’ dan il-Gvern ser tkun li jinћolqu aktar impjiegi u tiżdied il-kwalità tax- xogħol li jinћoloq.
Is-Segretarju Parlamentari innota li l-GWU kienet dejjem minn ta’ quddiem biex tiġbed l-attenzjoni għall-forom varji ta’ prekarjat fil-qasam tal-impjiegi f’Malta u Għawdex. Il-ġlieda kontra l- prekarjat ser tkun prijorità assoluta ta’ dan il-Gvern. Ser jiġi aċċertat illi f’kull xogћol li jingћata mill-Gvern id- dinjità tal-ћaddiem tiġi rrispettata.
L-Onerevoli Zammit Lewis jirringrazzja lill-GWU tal-proposti li hija gћamlet qabel l-elezzjoni ġenerali u li bosta minnhom sabu ruhom fil-Manifest Elettorali tal-Partit Laburista li issa l-Gvern kommess li jimplimenta f’din il-leġiżlatura. Dawn huma miżuri biex titneħħa burokrazija żejda kif ukoll miżuri family friendly bћall-ћolqien ta’ gћadd ta’ child care centres biex b’hekk inkunu veru qegħdin ngћinu lin-nisa joћorgu fid-dinja tax-xogћol.
Dr. Zammit Lewis gћamilha ċara li hu se jkun qed jaħdem mill-qrib mal-GWU biex f’kull każ ma jintilfux impjiegi u fejn se jirriżultaw problemi, jaћdem id f’id mal-GWU u ma’ Unjins oћra biex jinstabu impjiegi alternattivi għal dawn il-ћaddiema.
“Kull tibdil jew riforma li ser issir mill-Gvern, il-ћaddiem u l-impjegat se jkun fiċ-ċentru tagћha biex jiġi aċċertat li l-kundizzjonijiet tax- xogћol ta’ dawn il-ћaddiema ma jiġux mittiefsa” spjega s-Segretarju Parlamentari
Is-Segretaju Parlamentari rrefera gћall-proposta tal-istess GWU dwar kontabilità, effiċjenza u trasparenza fit-tmexxija tal-Gvern. Din hija prijorità assoluta ta’ dan il-Gvern u min ser ikun f’pożizzjoni ta` risponsabilità ser ikun dejjem accountable. B’hekk il-Gvern jibda minnu stess jagћti eżempju ħalli titkattar aktar fiduċja u mentalità ta’ risponsabilità fuq il-postijiet tax-xogћol.
Min-naħa tiegћu s-Segretarju Generali tal-GWU is-Sur Tony Zarb feraħ lil Dr. Zammit Lewis gћall-ћatra li ngћata u irringrazzjah tal-laqgћa tal-lum. “Il-GWU tħares ’il quddiem gћal snin twal ta’ ћidma fejjieda miegћek, b’risq il-membri tagħha u l-poplu Malti” kompla s-Sur Tony Zarb. Il-GWU preżentat kopja tal-proposti li l-unjin kienet resqet lill-Partiti Politiċi qabel l-Elezzjoni Ġenerali u li kienu nklużi fil-Manifest Elettorali tal-Partit Laburista.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en