STEDINA GĦALL-ISTAKEHOLDERS SABIEX JIKKONTRIBWIXXU ĦALLI L-ANZJANI JIBQGĦU PARTI INTEGRALI FIL-KOMUNITÀ
Fi żjara fid-Day Centre ta’ Ħal Luqa, il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, l-Onor. Marie-Louise Coleiro Preca, stiednet l-istakeholders kollha sabiex jikkontribwixxu ħalli l-esperjenza tal-anzjani fil-komunità tkun waħda produttivà u pożittiva.
Coleiro Preca qalet li l-Kunsilli Lokali, l-parroċċi u l-għaqdiet oħra fil-lokal għandhom ħafna x’joffru sabiex l-anzjani tagħna jibqgħu integrati fil-komunità mal-familji tagħhom.
Il-Ministru spjegat kif il-prijorità tal-gvern fil-qasam tal-anzjani huwa li jsaħħaħ u jiżviluppa s-servizzi li jingħataw fil-komunità.
Marie-Louise Coleiro Preca saħqet kif il-politika tal-gvern f’dan il-qasam se tkun ibbażata fuq is-solidarjetà ta’ inter-ġeneralizazzjoni sabiex tabilħaqq l-anzjani tagħna jibqgħu parti integrali fis-soċjetà tagħna.
Din hija parti mil-ħidma li l-gvern se jkun qed jagħmel ħalli l-anzjani jgħixu ħajja dinjituża, ta’ kwalità u ta’ sodizfazzjon.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en