“Il-GVERN IWIEGĦED IMPENN FIL-QASAM TAL-GREEN JOBS” – MINISTRU LEO BRINCAT
F’laqgħa dalgħodu li kellu mal-uffiċjali ewlenin tal-General Workers’ Union fil-Ministeru tiegħu, il-Ministru Leo Brincat qal li l-Gvern huwa impenjat bis-sħiħ li jkun ferm aktar proattiv għall-ħolqien tal-Green Jobs.
Qal li għalkemm mill-amministrazzjoni ta’ qabel kienu saru tħejjijiet dwar il-Green Jobs, jidher li kien sar ferm aktar fid-dokumenti ta’ qabel il-Budget milli fil-Budget innifsu.
Il-Ministru Brincat qal li dan il-Gvern qed iwiegħed impenn sħiħ għall-ħolqien tal-Green Jobs.
Dan se jsir anke, billi flimkien mal-Ministru Evarist Bartolo, titfassal strateġija dwar dawn it-tip ta’ impjiegi, kif ukoll billi jiġu mmexxija b’sens aktar qawwi ta’ prijorità. Hemm ċerti skadenzi marbutin mat-tħejjija tal-istrateġija nnifisha u mat-taħrig meħtieg għal xogħol speċjalizzat f’dan il-qasam.
Il-Ministru ħabbar li aktar ‘il quddiem se jkun hemm konsultazzjoni mal-istakeholders dwar l-istrateġija riveduta, bit-tir li ċerti miri stabbiliti jintlaħqu aktar malajr.
Huwa faħħar il-ħidma li l-GWU diġà għamlet f’dan il-qasam fost oħrajn seminars li jtellgħu mill-union iffukati fuq il-Green Jobs.
Il-Ministru Leo Brincat qal li mingħajr ma jnaqqas minn dak li sar s’issa, jemmen li ma jagħmilx sens li kienu ġew stabbiliti miri ta’ ħolqien ta’ Green Jobs, meta lanqas kien hemm strateġija maqbula, approvata u li bdiet tiġi implimentata.
Qal li għalkemm il-politika nazzjonali dwar l-ambjent titkellem dwar Green Jobs, fir-realtà aktar kien hemm aċċenn għall-Green Jobs fid-dokumenti ta’ qabel il-Budget milli fil-Budgets riċenti nfushom.
Dan il-Gvern, qal il-Ministru Leo Brincat, huwa impenjat li jindirizza dan id-defiċit ambjentali.
Minn naħa l-oħra, is-Segretarju Ġenerali s-Sur Tony Zarb qal li l-GWU hija sodisfatta li l-Green Jobs se jingħataw importanza massima minn dan il-Gvern.
Qal li l-GWU, li għandha l-Green Jobs għal qalbha ħafna, trid tagħti s-sehem tagħha biex il-Green Jobs f’pajjiżna jiżdiedu ferm aktar.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en