IL-GVERN GĦADDEJ B’DISKUSSJONIJIET MAL-KUMPANIJA ACTAVIS DWAR ID-DEĊIŻJONI LI TAGĦLAQ IT-TAQSIMA TAR-RIĊERKA U INNOVAZZJONI LI GĦANDHA F’MALTA – IL-MINISTRU CHRIS CARDONA
Il-Ministru tal-Ekonomija, Investiment u Intraprizi Żgħar Dr Chris Cardona qal li l-Gvern permezz tal-Malta Enterprise bħalissa qed jikkonsulta mal-amministrazzjoni tal-Kumpanija Actavis Limited biex ikun assigurat li jkun hemm l-inqas ammont possibbli ta’ impjegati li jispiċċaw mingħajr impjieg.
Fi tmiem żjara li għamel f’din il-kumpanija l-Ministru Cardona qal li bid-deċiżjoni, li ttieħdet mill-Kumpanija Actavis ġimgħat ilu, in-numru ta’ impjegati li possibilment jistgħu jitilfu l-impjieg tagħhom huwa ta’ 58. Jekk ikun hemm impjegati li se jitilfu l-impjieg tagħhom, il-Ministru Chris Cardona qal, il-Gvern se jara li dawn jew jiġu assorbiti fl-istess kumpanija, jew ikunu impjegati f’kumpaniji simili jew jingħataw impjieg alternattiv f’kumpaniji li se jkunu qed jinvestu f’Malta kemm jista jkun malajr. Il-Ministru Cardona qal li hemm inizjattivi u għajnuna li l-Malta Enterprise tista’ tagħti biex l-impjegati jingħataw t-taħrig neċessarju biex ikunu assenjati xogħol differenti mal-istess kumpanija.
Minnaħa tieghu d-direttur Maniġerjali ta’ Actavis is-Sur Sergio Vella qal li l-kumpanija qiegħda wkoll tikkonsulta mal-impjegati bil-għan li jkun immitigat l-impatt.
Il-Ministru Chris Cardona żgħar ukoll privatament it-taqsima tar-Riċerka u Innovazzjoni fejn iltaqa’ mal-ħaddiema li possibilment jistgħu jkunu affettwati mid-deċiżjoni.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en