Left arrow Go Back

IS-SOĊJETÀ FILARMONIKA LEONE TAR-RABAT GĦAWDEX TNIEDI L-PROGRAMM TA’ ĊELEBRAZZJONIJIET FL-OKKAŻJONI TAL-150 SENA MIT-TWAQQIF TAGĦHA F’KONFERENZA TAL-AĦBARIJIET KONĠUNTA MAL-MINISTERI TAT-TURIŻMU, DAK T’GĦAWDEX U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-KULTURA U

pr0516
Date Icon 02/04/2013

Imniedi l-programm ta’ ċelebrazzjonijiet mis-Soċjetà Filarmonika Leone tar-Rabat Għawdex fl-okkażjoni tal-150 sena mit-twaqqif tagħha bħala l-ewwel banda Għawdxija.

L-attivitajiet jibdew fis-26 t’April b’open weekend fis-sede tas-Soċjetà fi Triq ir-Repubblika fir-Rabat Għawdex u jibqgħu sejrin sal-ewwel ġimgħa ta’ Novembru, bil-qofol jintlaħaq fit-12 t’Ottubru fejn dakinhar se tkun qed tittella’ l-Opra fi tliet atti Falstaff  ta’ Giuseppe Verdi fit-Teatru tal-Opra Aurora fir-Rabat Għawdex taħt il-patronċinju tal-Eċċellenza Tiegħu il-President ta’ Malta Dr George Abela.

F’konferenza tal-aħbarijiet konġunta li saret fil-Berġa tal-Italja fil-Belt bejn il-Kumitat tas-Soċjetà Filarmonika Leone u l-Ministru tat-Turiżmu l-Onor. Karmenu Vella, il-Ministru t’Għawdex l-Onor. Anton Refalo u s-Segretarju Parlamentari għall-Kultura u Gvern Lokali Jose Herrera, kien sostnut l-appoġġ u l-impenn sħiħ tal-gvern favur it-tixrid tal-kultura mhux biss dik klassika u kontemporanja imma wkoll favur il-kultura popolari.

Il-Ministru tat-Turiżmu  l-Onor. Karmenu Vella sellem lis-Soċjetà Filarmonika Leone għal dawn il-150 sena ta’ kontribut li tat fil-qasam mużikali kif ukoll lill-qasam turistiku b’mod partikolari biex titnaqqas il-problema tal-istaġjonalità tat-turiżmu f’Għawdex. Semma’ kif il-baned u l-festi għandhom irwol importanti x’jaqdu f’pajjiżna hekk kif mhux biss taw direzzjoni turistika iżda minnhom infushom huma ta’ attrazzjoni turistika.

Il-Ministru Vella elenka bosta figuri li juru kif matul is-sena 2012, Għawdex esperjenza żieda fit-turiżmu barrani filwaqt li kien reġistrat tnaqqis żgħir fejn jidħol turiżmu intern, liema tnaqqis jista’ jkun dovut għal diversi fatturi u li fi kliem il-Ministru għandu jkun indirizzat biex din ix-xejra ma tiżdiedx.

Figuri kwotati juru kif matul l-2012 saru tliet kwarti ta’ miljun daytrip lejn Għawdex, 80,000 turist għażlu l-Għawdex bħala d-destinazzjoni ewlenija tagħhom, saru 34,000 combined holiday filwaqt li 8,000 turist għaddew lejl wieħed biss fil-Gzira Għawdxija, bil-maġġoranza tal-btajjel ikunu fis-sajf.

Filwaqt li rringrazzja lis-Soċjetà Filarmonika Leone, il-Ministru tat-Turiżmu wiegħed l-appogg kontinwu tal-gvern lejn inizzjattivi bħal dawn.

Il-Ministru għal Għawdex l-Onor. Anton Refalo semma’ kif fil-ġranet li għaddew saru taħdidiet mas-Soċjeta msemmija fejn tfasslet lista ta’ prijoritajiet li jridu jsiru għal Għawdex. Fost l-oħrajn ħidma biex jissaħħaħ is-settur tal-opri. Il-Ministeru jqis din in-niċċa bħala waħda importanti b’mod partikolari għal Għawdex. Il-Ministru Refalo enfasizza wkoll li l-Ministeru se jkun qed jaħdem biex iż-żewġ soċjetajiet fir-Rabat jisfruttaw il-possibilità li jsiru ċentru tal-konferenzi.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Kultura u Gvern Lokali Jose Herrera qal li l-istil li adottat is-Soċjetà Filarmonika Leone li toħroġ mil-lat parrokjali jista’ jservi ta’ mudell għal baned oħra f’pajjiżna. Huwa sostna li l-kultura għandha sservi biex tixpruna aktar lit-turiżmu, mhux lanqas dak f’Għawdex.

Il-konferenza tal-aħbarijiet kienet indirizzata wkoll mill-President tas-Soċjetà Dr Michael Caruana li fisser kif sehem is-Soċjetà kien sinonimu mal-istorja ta’ Malta. Semma’ kif is-Soċjetà Leone ma baqgħetx banda tradizzjonali imma trasformat ruħha, fost l-oħrajn bil-kontribut nazzjonali li tat fil-qasam tal-opra u li fi kliemu juri l-impenn u s-serjetà li tħaddan. Dr Caruana wiegħed l-impenn sħiħ tas-Soċjetà Leone favur il-kultura f’pajjiżna.

Ingħataw ukoll dettalji dwar l-Opra Falstaff mis-Surmast tal-Banda Leone Mro Colin Attard li mhux biss se tkun qed tittella’ għall-ewwel darba f’Għawdex imma wkoll se ssir jumejn biss qabel il-mitejn anniversarju mit-twelid tal-kompożitur Giuseppe Verdi. Mro Attard ħabbar kif din is-sena t-Teatru se jkompli fuq il-passi li ħa fis-snin li għaddew li jġib ismijiet kbar fil-qasam tal-opra, bil-mistieden ewlieni se jkun it-Tenur Paola Gavanelli.

Fi tmiem il-konferenza tal-aħbarijijet, il-Ministru tat-Turiżmu, il-Ministru t’Għawdex u s-Segretarju Parlamentari għall-Kultura u Gvern Lokali kienu ppreżentati b’tifkira tal-okkażjoni mill-President tas-Soċjetà Filarmonika Leone Dr Michael Caruana.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow