AKTAR ANZJANI JIBQGĦU ATTIVI FIL-KOMUNITA’ U MAL-FAMILJI TAGĦHOM
Fi żjara li għamlu l-Ministru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali, l-Onorevoli Marie-Louise Coleiro Preca u s-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta` Persuni b’Diżabilita` u Anzjanita` Attiva, l-Onorevoli Franco Mercieca fiż-Żejtun Home saħqu li gvern ġdid huwa mpenjat favur li l-anzjani jibqgħu attivi fil-komunita’ u mal-familji tagħhom.
Il-Ministru Marie-Louise Coleiro Preca spjegat kif il-gvern huwa kommess li f’dan is-settur jaħdem mas-settur privat.
Iż-Żejtun Home li hija sub-contracted lill-kumpanija Care Malta hija eżempju ħaj ta’ public-private partnership.
Coleiro Preca aċċennat għall-bżonn ta’ żvilupp ta’ aktar servizzi fuq livell ta’ komunita’.
Dan sabiex l-anzjani tagħna nżommuhom kemm jista’ jkun fil-komunita’ tagħna u f’kuntatt kontinwu mal-familji tagħhom filwaqt li dawk li jkollhom bżonn jidħlu f’residenza tal-anzjani jieħdu servizz ta’ kwalita’.
Il-Ministru Coleiro Preca qalet li prova ċara kemm il-gvern qed jieħu l-qasam tal-anzjani b’serjeta’ hija l-ħolqien tas-segretarjat parlamentari għall-anzjani u s-servizzi ta’ konsulenza li qed jagħti Anthony Agius Decelis f’dan il-qasam.
Minn naħa tiegħu s-Segretarju Parlamentari Franco Mercieca semma wkoll kif l-anzjani jixirqilhom l-aħjar servizzi.
Spjega kif irridu nilħqu livell għoli fl-għoti ta’ kura fid-djar tal-anzjani.
Franco Mercieca faħħar is-servizzi mogħtija fiż-Żejtun Home u flimkien mal-Ministru Marie-Louise Coleiro Preca qal li l-mira tal-gvern se tkun biex l-anzjani jkunu aktar parteċipi fid-deċiżjonijiet li jinvolvu lilhom stess.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en