Left arrow Mur Lura

DISKORS TAL-ONOR. CHRIS CARDONA, MINISTRU TAL-EKONOMIJA, INDUSTRIJA U NEGOZJI ŻGĦAR, FL-OKKAŻJONI TAL-INAWGURAZZJONI TAL-FABBRIKA L-ĠDIDA tal-E&L ENTERPRISES LTD. – 1 TA’ APRIL 2013

pr0511
Date Icon 01/04/2013

1 ta’ April, 2013

Sinjuri,

Huwa ta’ sodisfazzjon kbir ġħalija li nkun preżenti f’din l-okkażjoni speċjali fejn qed niċċelebraw l-inawġurazzjoni tal-fabbrika l-ġdida ta’ E & L Enterprises Ltd.

Ippermettuli li fl-okkażżjoni tal-lum ma nillimitax ruħi biss ġħall-inawgurazzjoni tal-faċilitajiet il-godda ta’ din il-kumpanija.

Din l-okkażjoni ġħandha sservi wkoll biex infakkru u nfaħħru s-suċċess li rnexxielha tagħmel din il-kumpanija, li tispeċjalizza fis-Sand Blasting u l-Electro Galvanising tal-azzar, f’perjodu relattivament żgħir għaliex twaqqfet lejn tmiem is-sena elfejn u tmienja.

Il-kumpanija E & L, jien, infissira bħala storja ta’ suċċess.

Din il-kumpanija fl-aħħar snin irnexxilha tistabilixxi lilha nnifsiha seww lokalment. Dan billi għarfet tibni relazzjoni tajba ma numru ta’ kuntratturi lokali li joperaw fil-qasam tal-azzar u s-settur marittimu.

In-numru ta’ proġetti li kienet involuta fihom din il-kumpanija ċertament għandhom biex jagħmluha kburija. Insemmi fost l-oħrajn il-bini tal-Parlament il-ġdid fil-Belt Valletta, Sky Parks, bini ġdid fl-Università ta’ Malta u ħafna oħrajn.

Iżda b’sodisfazzjon irrid ninnota wkoll li l-kumpanija E & L m’għarfitx biss tisfrutta l-opportunitajiet lokali biss. Dan għaliex ħarset ukoll lejn l-opportunitajiet li bdew jiżvilluppaw fir-reġjun ewromediterranju fejn diġà rnexxielha tagħlaq numru ta’ kuntratti interessanti ħafna fosthom ta’ xogħlijiet fuq oil rig.

Il-Kumpanija E & L hija wkoll turija tal-ħiliet impekkabli li għandhom il-ħaddiema Maltin. Il-maġġoranza tal-ħaddiema ta’ din il-kumpanija huma eksħaddiema tat-Tarzna, ħaddiema tas-sengħa li huma magħrufa sew għall-ħiliet tagħhom. 

Dawn il-faċilitajiet il-ġodda ċertament se jkunu qed jgħinu lil din il-kumpanija tkun aktar kompettitiva u tħares lejn opportunitajiet ġodda, kif diġà qed tagħmel, mhux biss lokalment imma wkoll lil hin minn xtutna.

Jien irrid infaħħar l-ispirtu imprenditorjali ta’ din il-kumpanija... kumpanija li għandha prospetti sbieħ ta’ tkabbir quddiema u nieħu din l-okkażjoni biex pubblikament inwiegħed is-support kollu meħtieġ mhux biss lill-E & L Enterprise Ltd imma l-imprendituri Maltin.

Dan hu gvern li jemmen fl-imprenditorija, il-messaġġ li qegħdin inwasslu f’kull opportunità hu li dan hu Gvern business friendly u maż-żmien se nkunu qed nippruvaw li din mhijiiex xi cliché politika. Dan se nagħmluh b’ħidma politika mmirata li saħħaħ u tkabbar setturi importanti primarjament dawk tan-negozji u s-self employed ħalli nkomplu nibnu ekonomija b’saħħitha u moderna li toħloq tkabbir ekonomiku li jilħaq lil kulħadd.

Dan hu gvern impenjat u ffukat fuq il-ħolqien ta’ aktar xogħol u xogħol ta’ kwalità. M’hemm l-ebda dubju li fost il-protagonisti fit-twettiq ta’ din il-viżjoni ekonomika ta’ dan il-gvern hemm kumpaniji bħal E & L Enterprise.

Għalhekk irrid nikkonkludi billi sinċerament nifraħ lid-diretturi tal-E & L Enterprise Ltd għal dawn il-faċilitajiet il-ġodda u s-suċċess li kisbu u nawguralhom suċċess akbar għaż-żmien li gej.

Grazzi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow