Left arrow Mur Lura

LAQGĦA TA’ FAMILJARIZZAZZJONI BEJN IL-MINISTRU GĦAS-SAĦĦA U DELEGAZZJONI MILL-GENERAL WORKERS UNION

pr0508
Date Icon 01/04/2013

Il-Ministru għas-Saħħa, l-Onor. Godfrey Farrugia, illum kellu laqgħa ma’ delegazzjoni tal-General Workers Union, immexxija mill-President, is-Sur Victor Carachi.

Il-Ministru Godfrey Farrugia kien akkumpanjat mill-Onor. Marlene Farrugia, li hija appuntata uffiċjalment biex tassisiti lill-Ministru Farrugia fit-tmexxija u l-ko-ordinazzjoni tal-Ministeru u mis-Segretarju Permanenti s-Sur Joseph Rapa.

Id-delegazzjoni tal-General Workers Union, kienet magħmula wkoll mis-Segretarju Generali s-Sur Tony Zarb u s-Sur Michael Parnis, Deputat Segretarju Generali u  magħhom kien hemm is-Sur Josef Bugeja, is-Sur Kevin Camilleri u s-Sinjorina Margaret Magrin.

Iż-żewġ naħat qablu li jaħdmu flimkien u mal-Ministri u Segretarji Parlamentari konċernati biex tingħata l-attenzjoni meħtiġa lill-kwestjoni tal-prekarjat. 

Din qatt ma ngħatat attenzjoni mill-gvern preċedenti. Dwar il-prekarjat, il-Gvern Laburista huwa impenjat f’ħidma pożittiva biex itejjeb il-kundizzjonijiet tal-ħaddiem u għalhekk qiegħed jistudja s-sitwazzjoni preżenti biex jara x’inhuma l-aħjar għażliet għall-ġejjieni.

Iż-żewġ naħat qablu wkoll li hemm bżonn tingħata aktar attenzjoni lis-Saħħa u Sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Għal dan il-għan qed tiġi studjata l-possibiltà ta’ ko-ordinazzjoni bejn id-diversi setturi tal-ispettorat.

Sar qbil ukoll li fl-Isptar Mater Dei għandha titwaqqaf unit tas-Saħħa u s-Sigurtà.

Fi tmiem il-laqgħa iż-żewġ naħat qablu li jkun hemm kollaborazzjoni bejn iż-żewġ naħat biex ikomplu jaħdmu għall-ġid tal-pazjent, il-ħaddiem, u għalhekk tal-pajjiż.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow