STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTA’ NAZZJONALI
Inkjesta maġisterjali dwar mewt fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin
Joseph Camilleri ta’ 58 sena li kien qed jiskonta sentenza ta’ ħabs, dalgħodu miet ġewwa l-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin.
Minn informazzjoni li rriżultat s’issa Joseph Camilleri kien tiela’ lura lejn id-division fejn kien miżmum meta ħassu ħażin u waqa’ fl-art għall-ħabta tat-7.55am. Huwa ngħata l-ewwel għajnuna mill-infermiera tal-ħabs. Sat-8.10am wasal it-tabib li baqa’ jagħti l-ewwel għajnuna sa ma waslet l-ambulanza għall-ħabta tat-8.20am.
Is-Sur Camilleri miet fl-Isptar Mater Dei iktar tard filgħodu.
Dan kollu huwa dokumentat fuq CCTV footage li se jkun jista’ jgħin fl-investigazzjonijiet tal-Pulizija.
Il-Pulizija bdiet l-investigazzjonijiet tagħha. Se tkun qed tinfetaħ inkjesta maġisterjali dwar dan il-każ.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en