STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-ENERĠIJA U L-KONSERVAZZJONI TAL-ILMA
Inħareg il-Permess mill-Italja għall-Interconnector bejn Malta u Sqallija
Inħareġ il-permess għall-Interconnector bejn Malta u Sqallija mill-Ministeru tal-Ambjent f’Ruma l-Italja.
Dan il-permess inħareġ wara li kienet inħolqot problema li rotta tal-Cable kif propost kienet se tgħaddi minn go territorju tat-tfixxija taz-zejt fil-baħar ta’ kumpanija Taljana.
Il-Gvern il-ġdid, iffaċċja din il-problema meta ġie elett għaliex din l-informazzjoni ma kinitx ħarġet fil-pubbliku mill-gvern preċedenti.
Fl-Interess nazzjonali, il-gvern il-ġdid ħadem biex isolvi din il-problema sa’ mill-ewwel jiem billi kkollabora mal-awtoritajiet Taljani u mal-gvern Taljan biex tissolva din il-problema.
Għaldaqstant, saru xi tibdiliet fir-rotta tal-cable, biex tissolva din il-problema.
Il-Ministeru għalhekk jirringrazzja lill-awtoritajiet Taljani u lill-Gvern Taljan tal-kollaborazzjoni tagħhom ma’ pajjiżna.
Dan il-permess inħareġ nhar il-Ħamis, 28 ta’ Marzu u jinkludi fih l-awtoriżżazzjoni għall-konnessjoni ta’ Interconnectors f’Marina di Ragusa u jkopri l-awtoriżżazzjoni biex jitpoġġew cables għal tul ta’ 20 kilometru taħt it-toroq li jagħtu għal Terna Substation f’Ragusa.
Marbuta ma’ dan il-permess hemm għadd ta’ kundizzjonijiet li uħud minnhom iridu jintlaħqu qabel ma jinbdew ix-xogħolijiet fuq it-territorju Taljan. Dawn mistennija jiġu ndirizzati mill-Korporazzjoni Enemalta u minn Terna sa’ Mejju li ġej.
L-Awtorizzazzjoni, tagħmel referenza wkoll għall-qbil li kien hemm bejn l-Enemalta, il-Provinċja ta’ Ragusa u l-Komun ta’ Ragusa għal kumpens ambjentali ta’ ħames mitt elf ewro u sitt mitt elf ewro rispettivament, kif mifthiem mill-gvern preċedenti.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en