Left arrow Mur Lura

WIRJA FUQ IL-ĠIMGĦA L-KBIRA F’MALTA ĠEWWA ISTANBUL

pr0497
Date Icon 29/03/2013

Għall-Ġimgħa Mqaddsa 2013, il-Konsulat Ġenerali ta’ Malta f’Istanbul, it-Turkija organizza Wirja ta’ Ritratti fuq il-kommemorazzjoni tal-Ġimgħa l-Kbira ġewwa Malta. Din il-wirja hija miftuħa għall-pubbliku. Il-Konslu Ġenerali Reuben Gauci u l-familja tiegħu invitaw membri tal-Kommunita` Maltija residenti  ġewwa Istanbul sabiex jaraw il-wirja. Żaru ukoll din il-wirja l-Isqof Kattoliku ta’ Istanbul l-E.T. Louis Pelatre u r-Rappreżentant tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tat-Turkija l-E.T.  Mehmet Dönmez.

Din il-wirja kienet tikkonsisti f’ ritratti ta’ purċissjonjiet varji madwar Malta. Il-viżitaturi (Nsara u Musulmani) li żaru l-Knisja ta’ Santa Maria matul il-Ġimgħa Mqaddsa setgħu jisimgħu Marċi Funebri Maltin fl-isfond. Il-Knisja ta’ Santa Maria hija mmexxija mill-patrijiet Franġiskani Minuri magħrufa bħala ta’ Ġieżu`. Din il-Knisja tinsab  fil-Vjal ċentrali ta’ Istanbul  magħruf bħala Istiklal Caddesi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow