STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-ENERĠIJA U L-KONSERVAZZJONI TAL-ILMA
Fl-aħħar jiem irriżulta każ ta’ allegat miżapproprijazzjoni ta’ fondi fi ħdan il-kumpanija Arms LTD li tressaq b’mod immedjat għand il-Kummissarju tal-Pulizija.
Riżultat ta’ dan, fis-sigħat li għaddew il-Pulizija ħarġet interrogat impjegat tal-kumpanija Arms LTD.
L-allegat miżapproprijazzjoni ta’ fondi jmur lura għal dawn l-aħħar xhur.
Il-Ministeru huwa infurmat li minn naħa tagħha l-kumpanija Arms LTD issospendiet lil dan l-impjegat b’effett immedjat u ordnat lill-impjegat jirritorna lura affarijiet li huma proprjetà tal-kumpanija.
Il-kumpanija Arms LTD qed tirriserva d-dritt ukoll li tmexxi proċeduri fil-konfront tal-impjegat.
Din il-ġimgħa ġiet ikkummissjonata Review biex jiġi rivedut l-operat tal-kumpanija Arms LTD, il-proċessi interni u l-kontrolli tal-kumpanija u l-livelli ta’ servizz ta’ Customer Care biex dawn ikunu jistgħu jiġu mtejba għal ġid tal-konsumaturi.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en