IL-MINISTRU CHRIS CARDONA JIDDISKUTI L-VIŻJONI EKONOMIKA TAL-GVERN MA’ DELEGAZZJONI TA’ ĠURNALISTI MINN DUBAI
Il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żghar Dr Chris Cardona kellu laqgħa ma’ delegazzjoni ta’ ġurnalisti minn Dubai li jinsabu Malta fuq stedina tal-Konsulat Ġenerali ta' Malta bis-support tal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta, l-Malta Enterprise u Finance Malta.
Il-Ministru Chris Cardona tkellem u ddiskuta mal-ġurnalisti l-viżjoni ekonomika tal-gvern partikolarment fil-qasam tal-ekonomija diġitali. Il-Ministru qal li l-Gvern iqis dan is-settur bħala pilastru important fil-ħidma biex jinkiseb tkabbir ekonomiku li jilħaq il-kulħadd. Dan il-gvern irid ekonomija robusta u moderna, bit-teknoloġija u l-mezzi ta’ kommunikazzjoni innovativi jkunu katalisti importanti għall-progress ekonomiku u l-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalita’. Il-Ministru Chris Cardona qal li dan il-Gvern se jara li jissaħħaħ l-investiment fl-infrastruttura u fl-edukazzjoni, filwaqt li jittieħdu l-mizuri kollha biex aktar zgħazagħ jispeċjalizzaw f’dawn is-setturi.
Id-delegazzjoni kienet komposta minn 10 ġurnalisti minn mezzi tax-xandir differenti fostom il-Gulf News, Khaleej Times, MBC TV, Channel 4 Radio, Gulf Business, Arabian Travel News u oħrajn. L-għan aħħari ta’ din iż-żjara hu dak li l-ġurnalisti japprezzaw it-tkabbir u l-iżvilupp li qed tagħmel Malta fl-oqsma tan-negozju u t-turiżmu u jirraportaw dwaru fil-mezzi tax-xandir.
Il-Ġurnalisti minn Dubai kellhom ukoll laqgħat mal-Prim Ministru ta’ Malta Dr. Joseph Muscat, mal-Ministru tat-Turiżmu Karmenu Vella, mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Dr George Vella, mal-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija u mal-Malta Enterprise.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en