ĊAĦDA LI L-MINISTRU TAS-SAĦĦA QED JARA N-NIES BĦALA TABIB TAL-FAMILJA
B’referenza għal diversi rapport li qed isiru fil-mezzi tax-xandir, il-Ministru għas-Saħħa, Dr. Godfrey Farruġia qed kategorikament jiċħad li qed jara nies mill-aspett kliniku bħala tabib tal-familja.
Dalgħodu l-Ministru Farruġia kien qiegħed iservi fl-Uffiċċju elettorali tiegħu f’Ħaż-Żebbug jilqa’ l-kostitwenti tad-distrett.
L-uffiċċju jinsab fl-istess blokka fejn hemm spiżerija, klinika u uffiċċju elettorali b’entraturi separati minn xulxin.
L-uffiċċju elettorali jinsab fit-tielet sular tal-istess blokka filwaqt li l-klinika fejn qabel kien iservi l-Ministru qiegħda fuq pjan terran.
It-tobba li jieħdu ħsieb il-klinika li qabel kien iservi fiha t-tabib Godfrey Farruġia huma Dr. Josianne Sammut, Dr. Sandra Gauci u Dr. David Sciberras.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en