Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAR-RIĊERKA, INNOVAZZJONI, ŻGĦAŻAGĦ U SPORT STEFAN BUONTEMPO IŻUR IL-KLABBS TAR-REGATTA

pr0488
Date Icon 28/03/2013

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Stefan Buontempo, fil-jiem li għaddew żar lill-klabbs kollha tar-regatta li jieħdu sehem fil-kompetizzjonijiet ta’ Jum il-Ħelsien u Jum il-Vittorja.

Dr Buontempo żar il-klabbs ta’ Marsamxett, il-Marsa, il-Birgu, Bormla, l-Isla, il-Kalkara u Birżebbuġa. F’dawn iż-żjajjar huwa ltaqa’ mal-uffiċjali tal-klabbs, qaddiefa u membri u tkellem magħhom dwar il-pjanijiet li għandhom għall-futur kif ukoll dwar id-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom.

F’kelmtejn li għamel waqt dawn iż-żjajjar, Buontempo qal li japprezza x-xogħol li dawn il-klabbs jagħmlu u anke s-sagrifiċċji personali li jgħaddu minnhom biex ikabbru dan l-isport. Huwa saħaq li mhux biss ir-regatta hija spettaklu, imma hija avveniment tradizzjonali li rridu nsaħħuha biex din it-tradizzjoni ma tintilifx.

Dr Buontempo fakkar kif ir-regatta hija esebizzjoni tax-xogħol marittimu Malti, hija esebizzjoni tad-dgħajjes Maltin. Dr Buontempo saħaq li dawk li huma involuti f’dan l-isport u f’kull sport ieħor, qed jagħmlu ġest nobbli għax qed iżommu ż-żgħażagħ tagħna ’l bogħod mill-vizzjijiet.

Is-Segretarju Parlamentari Buontempo semma kif bħala deputat elett mid-distrett tal-Kottonera u t-trobbija tiegħu fil-Belt Valletta, ir-regatta hija parti minnu. Għalhekk bħala Segretarju Parlamentari qal li huwa se ikun kommess li jgħin lill-klabbs kollha biex ir-regatta terġa’ tikseb il-popolarità li din kellha.

Huwa ħabbar li fi żmien li ġej ser jerġa’ jiltaqa’ mal-klabbs kollha biex flimkien issir analiżi biex tiġi esplorata l-mod kif ir-regatta tista’ tissaħħaħ.

Buontempo tenna li r-regatta tista’ tkun parti minn katina ta’ avvenimenti ta’ turiżmu sportiv u hawnhekk ħeġġeġ lill-klabbs biex mhux biss jinvestu fin-nurseries tagħhom, iżda wkoll jagħmlu mezz biex jibbenefikaw minn fondi tal-UE sabiex jinħolqu ġemellaġġi ma’ klabbs oħra biex b’hekk il-qaddiefa u dawk kollha involuti jiksbu esperjenzi ġodda.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow