IL-GVERN SE JINDIRIZZA B’MOD ĦOLISTIKU L-QASAM TAL-HOUSING BIEX JASSIGURA T-TWETTIEQ TAL-ĠUSTIZZJA SOĊJALI
Waqt żjara fl-uffiċini tal-Awtorità tad-Djar fil-Floriana, il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali l-Onorevoli Marie-Louise Coleiro Preca ħabbret li se jsir awditjar tal-proċessi tal-Awtorità tad-Djar.
Audit li se jsir fi żmien stipulat, bil-għan li n-nuqqasijiet jibdew jiġu indirizzati mingħajr dewmien u l-Awtorità tibda timxi b’mod trasparenti, kontabbli u effiċjenti.
Żvelat li bħalissa, l-Awtorità tad-Djar għandha mat-tlett elef każ pendenti.
Hemm każijiet ukoll, żvelat l-Onorevoli Coleiro Preca, fejn l-applikant ilu jistenna ħmistax-il sena biex jingħata unit soċjali.
Għalhekk qalet li se tkun qed titlob skrutinju tal-applikazzjonijiet pendenti, bil-għan li ssir ġustizzja ma’ dawn il-persuni vulnerabbli.
Dwar il-qagħda finanzjarja tal-Awtorità, il-Ministru qalet li din tħalliet bla flus.
Tant li wara April li ġej, minħabba n-nuqqas ta’ ippjanar mill-Amministrazzjoni preċedenti, l-Awtorità saħansitra mhux se jkollha minn fejn tħallas il-pagi tal-mija u għoxrin ħaddiem li timpjega magħha.
Hawnhekk tenniet li l-Gvern huwa determinat li jassigura l-istabilità finanzjarja tal-Awtorità.
Il-Ministru qalet li fiż-żmien li ġej jinħatar il-Bord il-ġdid filwaqt li l-istrateġija tal-Gvern għall-housing soċjali titħabbar wara li jiġi fi tmiemu l-proċess ta’ awditjar.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en