Il-GVERN JILTAQA’ MA’ UFFIĊJALI GĦOLJA MILL-FKNK U BIRDLIFE MALTA DWAR INFURZAR EFFETTIV TAL-LIĠIJIET TAL-KAĊĊA F’MALTA
pr0482
27/03/2013
Illum wara nofsinhar saret laqgħa kordjali bejn il-Ministru għall-Iżvilupp Sostennibli, Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat, is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Roderick Galdes u uffiċjali għolja mill-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba u Konservazzjonisti (FKNK) u Bird Life Malta.
Waqt din il-laqgħa l-uffiċjali għolja tal-FKNK u Bird Life Malta esponew l-ideat tagħhom fuq infurzar effettiv tal-liġijiet dwar il-kaċċa f’Malta, mingħajr iżda ma daħlu fil-merti tal-pożizzjonijiet rispettivi tagħhom.
Il-laqgħa saret fil-bini tal-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima, Casa Leoni, Santa Venera.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en