STQARRIJA KONĠUNTA MILL-MINISTRU GĦALL-FAMILJA U S-SOLIDARJETÀ SOĊJALI U S-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAD-DRITTIJIET TAL-PERSUNI B’DIŻABILITÀ U ANZJANITÀ
Il-Gvern għandu għanijiet kbar għall-qasam ta’ persuni b’diżabilita’
Fi żjara li l-Ministru għall-Familja u s-Solidarjeta’ Soċjali l-Onorevoli Marie-Louise Coleiro Preca għamlet lill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’ (KNPD), qalet li l-Gvern huwa determinat li jaqdi l-ħtiġijiet soċjali ta’ dawn il-persuni mingħajr dewmien żejjed.
Ewlenin fost il-proġetti ta’ dan il-Gvern hemm dak li jserraħ ras il-ġenituri u carers ta’ persuni b’diżabilita’ li jekk huma jiġu nieqsa, l-Istat u s-soċjeta’ se jieħdu ħsieb ta’ uliedhom f’każ li dawn ma jkunx jista’ jkollhom ħajja indipendenti.
Filwaqt li l-Ministru Marie-Louise Coleiro Preca rrikonoxxiet it-tajjeb li diġa’ sar f’dan il-qasam kif ukoll il-ħidma tal-KNPD, tkellmet dwar il-kunċett ta’ independent living.
Qalet li l-Gvern huwa kommess li jkompli jsostni l-independent living għaliex permezz ta’ dan nistgħu naslu għall-mira tal-Gvern, jiġifieri aktar persuni b’diżabilita’ jidħlu fid-dinja tax-xogħol.
U fejn isibu diffikulta’, persuni b’diżabilita’ jingħataw taħrig, kif se jingħataw żgħażagħ oħra, permezz tal-proġett ta’ Tagħlim, Taħrig u Xogħol.
Xi ħaga li tkellem fid-dettall dwarha s-Segretarju Parlamentari l-Onorevoli Franco Mercieca fejn qal li l-Gvern huwa kommess li jagħti opportunitajiet lill-persuni b’diżabilita’.
Filwaqt li rrikonoxxa t-tajjeb li sar mill-Istitut ghall-Istudji Turistiċi l-ITS u mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ l-ETC, insista li l-Gvern irid ikompli jtejjeb u joffri aktar opportunitajiet lill-persuni b’diżabilita’.
Temm jgħid li bħalissa qed jiġi analizzat x’opportunitajiet jistgħu jiġu offruti lill-persuni b’diżabilita’ biex anke huma jħossuhom parti integrali mis-soċjeta’ Maltija.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en