IL-GVERN SE JKUN QED JAĦDEM MAL-UNIONS BIEX JASSIGURA X-XOGĦOL U JAGĦTI DINJITA’ L-ĦADDIEMA – IL-MINISTRU CHRIS CARDONA
F’laqgħa li kellu mal-General Workers Union, il-Ministru tal-Ekonomija, Investiment u Intraprizi Żghar Chris Cardona qal li dan il-Gvern hu impenjat u ffukat fuq il-ħolqien ta’ aktar xogħol u xogħol li jgħati aktar dinjita’ l-ħaddiema. Saħaq li l-Gvern mhux biss se jkun qed jikkonsulta mal-istakeholders, inkluż il-GWU, imma wkoll se jkun qed jinvolvihom fid-deċizjonijiet.
Il-Ministru Chris Cardona qal li l-Gvern se jkun qed jassigura li d-drittijiet tal-ħaddiema jiġu mħarsa, fil-prattika. Dan se jsir billi fost l-oħrajn flimkien mal-unions u mal-għaqdiet ta’ min iħaddem, jitħejja Charter tad-Drittijiet tal-Ħaddiema li jkun jiġbor fih il-prinċipji ewlenin tal-Liġi tax-Xogħol.
Il-Ministru tal-Ekonomija, Investiment u Intraprizi Zgħar tkellem ukoll fuq il-ġlieda ħarxa li se jkun qed jaghmel il-gvern kontra x-xogħol prekarju. Hawn enfasizza r-rwol important li għandha l-GWU biex jintlaħaq dan il-għan.
Semma wkoll numru ta’ miżuri li se jittieħdu fil-qasam tar-Relazzjonijiet Industrijali, b’enfażi fuq il-ħolqien ta’ Round Table għat-Trade Unions mal-Gvern biex ikunu diskussa issues ta’ relevanza għall-ħaddiema. Il-Ministru Chris Cardona elenka wkoll uħud mill-miżuri li l-Gvern se jkun qed jieħu matul din il-legiżlatura biex jassigura li aktar persuni jidħlu fid-dinja tax-xogħol ewlenija fosthom l-inċentivi li jgħinu kemm lill-gruppi speċifiċi kif ukoll lil min iħaddem.
Dr Chris Cardona tkellem ukoll dwar il-ġlieda bla preċedent li dan il-Gvern se jkun qed jagħmel kontra l-burokrazija żejda u qal li fi żmien li ġej se jkun qed jiġi appuntat Kummissarju gġas-simplifikazzjoni amministrattiva.
Min naha tiegħu s-Segretarju Generali tal-GWU is-Sur Tony Zarb feraħ lil Dr Chris Cardona għall-ħatra li ngħata. Qal li l-GWU tħares ‘il quddiem għal snin twal ta’ ħidma fejjieda b’risq il-membri tal-union u l-poplu Malti. Is-Sur Zarb preżenta kopja tal-proposti li l-union kienet resqet lil Partiti Politiċi qabel l-elezzjoni ġenerali u li kienu nkluża fil-Manifest Elettorali tal-Partit Laburista. Tony Zarb qal li l-GWU hi lesta li taħdem mal-gvern biex dawn il-proposti jkunu mwettqa’.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en