ŻEWĠ PROGRAMMI ĠODDA GĦALL-MALTIN FL-AWSTRALJA
pr0471
27/03/2013
Il-Kummissjoni Għolja ta' Malta f'’Canberra għandha l-pjaċir tavża lill-komunità Maltija ġewwa l-Awstralja li wara diskussjonijiet bejn il-Kummissjoni. l-SBS u l-PBS tinsab f'pożizzjoni li tħabbar li b'effett minn din il-ġimgħa ser jibdew jixxandru żewġ programmi tal-Aħbarijiet bil-Malti fuq l-istazzjon nazzjonali tal-SBS.
Mill-4 ta' April 2013 iż-żewġ programmi tal-aħbarijiet jixxandru fuq SBS TWO nhar ta' Ħamis u nhar ta' Ħadd fit-08.00 ta' filgħodu.
Għal din il-ġimgħa biss l-aħbarijiet jixxandru il-Ħamis 28 ta' Marzu fit-08.05 ta' filgħodu fuq SBS TWO bit-tieni programm jixxandar nhar il-Ħadd 31 ta' Marzu fit 08.00 ta' filgħodu fuq SBS ONE.
Mhux ser jkun hemm aktar xandiriet ripetuti f'ħinijiet oħra.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en