STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU
Jinħatru s-Segretarji Permanenti għall-Ministeri l-ġodda
Il-Gvern illum appunta 14-il segretarju permanenti biex jaqdu dmirijiethom fil-Ministeri l-ġodda tal-Kabinett tal-Ministri.
Tliet segretarji permanenti mill-10 li servew fil-leġislatura preċedenti baqgħu jżommu l-ħatra tagħhom. Fost is-segretarji permanenti hemm żewġ nisa.
Dawn il-ħatriet saru wara proċess skont il-Kostituzzjoni mal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku.
Se jkun hemm perjodu ta’ transizzjoni u s-Segretarji Permanenti li kien hemm se jiġu utilizzati fi proġetti kompatibbli mal-grad sostantiv tagħhom u allura se jkun qed jintuża l-potenzjal ta’ kulħadd.
Is-Segretarji Permanenti l-ġodda huma:
Is-Sur Paul Zahra – Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Manifest Elettorali.
Is-Sur Joseph Cole – Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin.
Is-Sur John Borg – Segretarju Permanenti fil-Ministeru għat-Turiżmu.
Dr James Calleja – Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol.
Is-Sur Brian Montebello – Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima.
Is-Sur Joseph M Callus – Segretarju Permanenti fil-Ministeru tat-Trasport u Infrastruttura.
Is-Sinjura Joyce Dimech – Segretarju Permanenti fil-Ministeru għal Għawdex.
Is-Sur Joseph Camilleri – Segretarju Permanenti fil-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili.
Is-Sinjura Paulanne Mamo – Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar.
Is-Sur Mark Musu – Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali.
Is-Sur Kevin Mahoney – Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali.
Is-Sur Alfred Camilleri – Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Finanzi.
Dr Mario Rodgers – Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma.
Is-Sur Joseph Rapa – Segretarju Permanenti fil-Ministeru għas-Saħħa.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en