Left arrow Go Back

DISKORS TAL-GĦELUQ MILL-MINISTRU GĦAS-SAĦĦA L-ONOR. GODFREY FARRUGIA FL-OKKAŻJONI TA’ WORLD TB DAY WAQT KONFERENZA ORGANIZZATA MID-DIRETTORAT GĦALL-PROMOZZJONI TAS-SAĦĦA U PREVENZJONI TAL-MARD – L-ISKOLA MEDIKALI, SPTAR MATER DEI – IT-TLIETA, 26 TA’ MARZU

pr0468
Date Icon 26/03/2013

L-24 ta’ Marzu huwa l-Jum Dinji ddedikat għal aktar għarfien dwar it-tuberkolożi.  Dan huwa l-jum meta t-tabib Robert Koch skopra l-mikrobu tat-tuberkolożi fil-1882. Dan kien l-ewwel pass fid-dijanjożi u l-kura tat-tuberkolożi. F’din il-ġurnata nerġgħu nfakkru lin-nies li l-marda tat-tuberkolożi għadha teżisti fid-dinja u nfakkru ukoll dwar x’qiegħed isir biex nipprevenu u nikkuraw din il-marda. Għalkemm saru avvanzi kbar, din il-marda għadha problema globali u għad fadal xi jsir biex xi darba neliminawha mid-dinja.

Kien hemm żmien meta din il-marda kienet naqset però kif smajtu, f’dawn l-aħħar żminijiet, din il-marda reġgħet tfaċċat bil-qawwa fid-dinja. Fil-pajjizi sottożvillupati għadha tikkawża milljuni ta’ każijiet ta’ mard u mwiet kull sena. Fil-fatt fis-sena 2011, 8,700,000  persuna mardu bit-TB u 1,400,00 persuna mietu bit-TB, madwar id-dinja. Terz tal-popolazjoni fid-dinja hija nfettata bil-mikrobu tat-tuberkolożi. L-aktar pajjiżi milquta minn din il-marda huma dawk li jinsabu taħt id-deżert tas-Sahara fl-Afrika u dawk li jinsabu f’nofsinhar tal-lvant tal-Asja.

Anke l-Ewropa u pajjiżi oħra żvilluppati, bħall-Amerika ta’ Fuq, ġew affetwati.  Bejn l-aħħar tat-tmeninijiet u l-bidu tad-disgħinijiet ir-rata tat-tuberkolożi f’ħafna pajjiżi industrijalizzati bdiet togħla.  Fis-sena 1993, din is-sitwazzjoni inkwetanti ġielgħet lill-Għaqda Dinija tas-Saħħa biex tiddikjra t-tuberkolożi bħala emerġenza globali.

Bħalma rajtu mill-preżentazzjonijiet li saru f’dan is-seminar, Malta relattivament għandha inċidenza baxxa tat-tuberkolożi, b’medja, f’dawn l-aħħar għoxrin sena li kienet ta’ 7.6 każi għal kull 100,000  persuna.

Bħal diversi pajjiżi fl-Ewropa tal-Punent, ħafna mill-każijiet tat-tuberkolożi f’Malta jinsabu f’persuni barranin, b’mod speċjali dawk li ġejjin minn pajjiżi fejn ir-rata ta’ tuberkolożi hija għolja. Iż-żieda fl-immigrazzjoni rregolari f’dawn l-aħħar snin, l-aktar mill-kontinent Afrikan, kellha kontribut sostanzjali għall-inċidenza tat-tuberkolożi f’Malta.  Fl-2012, jiġifieri s-sena li għaddiet, 83% tal-każijiet tat-tuberkolożi f’Malta kienu fil-barranin.  Tajjeb li ngħidu wkoll li f’dawn l-aħħar snin ir-rata tat-tuberkolożi fil-Maltin naqset ħafna. Din baqgħet tinsab l-aktar fl-anzjani, l-aktar minħabba riattivazzjoni ta’ infezzjoni antika bit-tuberkolożi.   

B’sodisfazzjon ngħid li l-Ministeu għas-Saħħa pemezz tas-Superintendent tas-Saħħa Pubblika b’kollaborazzjoni ma’ dipartimenti oħra, qiegħed jieħu diversi miżuri biex jikkumbatti u jikkontrolla din il-marda f’Malta. Dawn jinkludu:

•           Kura b’xejn għan-nies morda bit-tuberkolożi;

•           Kura minn tobba speċjalizzati, li jsegwu lill-pazjenti bit-TB tul it-trattament kollu;

•           Superviżjoni tat-trattament għat-TB min-nies imħarrġa, biex niżguraw li l-pazjenti qegħdin jieħdu l-kura kif suppost u li eventwalment ifiequ mill-infezzjoni;

•           Screening mal-wasla f’Malta ta’ nies li ġejjin minn pajjiżi fejn ir-rata tat-tuberkolożi hija għolja;

•           Screening ta’ nies li xogħolhom jesponihom għal aktar riskju minn din il-marda;

•           Screening tan-nies li jagħmlu kuntatt mal-pazjenti bit-tuberkolożi;

•           Tilqim kontra t-TB għat-tfal b’riskju għoli għal din il-marda.

Is-sena li għaddiet id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzzjoni tal-Mard fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, nieda Strateġija Nazzjonali għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tuberkolożi f’pajjiżna. Din l-istrateġija hija ffukata fuq sitt punti kardinali li jridu jiġu indirizzati biex nikkontrollaw aħjar din il-marda f’pajjiżna. Hemm sezzjonijiet fuq is-sorveljanza, l-immaniġġjar u t-trattament tat-TB. Tajjeb li wieħed jgħid li biex din l-istrateġija tirnexxi hemm bżonn il-koperazjoni ta’ kulħadd involut; l-infermiera, t-tobba u nies oħra li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa, nies li jaħdmu fiċ-ċentri tal-immigranti, l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETĊ), setturi mhux governativi u oqsma oħra.

Bħala Ministru għas-Saħħa nemmen u ninkoraġixxi li lkoll għandna nagħmlu ħilitna biex nużaw il-mezzi kollha priventivi, hekk nikkumbattu mhux biss il-mard tal-TB, iżda wkoll kull marda infettiva oħra.

Minkejja li t-TB għandha inċidenza relattivament baxxa, huwa importanti li nkomplu b’dan l-impenn li diġà nbeda biex din ma tirrendix f’pajjiżna.

Nemmen li jekk niġbdu ħabel wieħed, wasalna f’mument fejn minn hawn u ftit snin oħra nkunu nistgħu ngħidu li f’pajjiżna l-marda tat-tuberkolożi nqerdet.

Ejja naħdmu biex f’din il-ġenerazzjoni nilħqu dan il-għan.

L-isfida hija tagħna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow