“SER INKUNU GVERN 'BUSINESS FRIENDLY' LI MA JITTOLLERA EBDA LIĠI TAL-ĠUNGLA AMBJENTALI” – IL-MINISTRU LEO BRINCAT
F'laqgħa li kellu mar-Ramblers’ Association ta' Malta mmexxija mill-President, is-Sur Alex Vella, il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima Leo Brincat llum qal li l-Gvern ġdid sejjer ikun gvern 'business friendly' li ma jittollera ebda liġi tal-ġungla ambjentali.
Huwa qal li huwa l-ħsieb tiegħu li dak li talbu r-Ramblers lill-partiti politiċi fil-memorandum tagħhom ta' qabel l-elezzjoni li jkun hemm ġlieda kontra prattiċi abbużivi li ntużaw fil-passat ser jara li dawn jiġu megħluba kemm jista’ jkun.
Huwa qal li t-talba ewlenija tar Ramblers dejjem kienet li l-għaqdiet ambjentali jingħataw aktar riżorsi sabiex ikunu jistgħu jwettqu xogħolhom b'mod aktar effettiv. Dan kien ser isir. Din ma kinitx biss wegħda tiegħu personali iżda impenn tal-Gvern innifsu minħabba dak li hemm imniżżel fil-programm elettorali nnifsu.
Huwa ħeġġeġ lir-Ramblers' Association biex ikomplu jservu ta' tarka importanti kontra l-abbuż ambjentali.
Brincat qal li jaqbel ukoll mat-talba tagħhom ta’ infurzar effettiv kontra l-emissjonijiet li jagħmlu l-ħsara lill-bniedem, fosthom dawk li jistgħu jiġu minn power stations, inċineraturi, stabbilimenti industrijali u traffiku eċċessiv.
Huwa temm jgħid li ser jimpenja ruħu bis-sħiħ mal-entitajiet l-oħra kkonċernati biex jindirizza proposta ewlenija tagħha għall-ħarsien ambjentali, fuq id dritt ta' aċċess għall-wirt ta' pajjiżna. Fosthom ser iħeġġeġ biex l-art tiġi rreġistrata kollha wkoll.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en