BOILER NUMRU TMIENJA FIL-POWER STATION TAL-MARSA SE JERĠA’ JIBDA JITĦADDEM FIS-SIEGĦAT LI ĠEJJIN WARA LI SARITLU L-MANUTENZJONI MEĦTIEĠA
Matul dawn l-aħħar erbgħa xhur kienu qed isiru xogħolijiet ta’ manutenzjoni fuq Boiler numru tmienja fil-powerstation tal-Marsa.
Dan ifisser li dan il-boiler se jerġa’ jibda jopera fis-siegħat li ġejjin wara li jiġi ffinalizzat dan il-proċess fil-jumejn li ġejjin.
Fil-finalizzazzjoni ta’ dan il-proċess, jiġifieri fis-siegħat li ġejjin, dan il-boiler mhux se jkun qed jitħaddem bil-kapaċità massima tiegħu, bil-konsegwenza li dan il-proċess jista’ joħloq xi ftit tad-duħħan fiż-żona tal-Marsa għal jumejn li ġejjin.
Wara li jintemm dan il-proċess u Boiler numru tmienja jibda jopera b’mod normali, se jibda proċess ieħor ta’ manutenzjoni fuq Boiler numru sebgħa li se jkun qed jintefa meta jibda jopera Boiler numru tmienja.
L-Enemalta qalet li l-proċess ta’ manutenzjoni fuq Boiler numru sebgħa mistenni jieħu bejn xahrejn u tlett xhur fejn imbagħad dan se jkun qed jinżamm standby għall-perjodu tas-sajf meta d-domanda għall-elettriku tiżdied.
Il-Gvern jibqa’ kommess li tingħalaq u tintefa’ l-power station tal-Marsa kif ukoll, il-power station l-antika ta’ Delimara magħrufa bħala Phase 1, skont l-obbligi Ewropej.
Sal-lum, bħala parti minn dan il-proċess diġà ngħalqu u m’għandhomx aktar joperaw erbgħa boilers; Boiler numru tlieta, erbgħa, ħamsa u sitta.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en