MIŻURI ĠODDA GĦALL-KAĊĊA FIR-REBBIEGĦA
Wara li nhar is-Sibt li għadda, l-Kumitat Ornis Malta għamel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu rigward id-dati tal-istaġun tal-kaċċa għar-rebbiegħa 2013, is-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja u Sajd u Drittijiet tal-Annimali ħa nota ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet u qiegħed jilqagħhom.
Għalhekk, l-istaġun tal-kaċċa tar-rebbiegħa ser jinfetaħ fl-10 ta’ April u jagħlaq fit-30 ta’ April, 2013.
Il-Gvern ser ikun qed jimplimenta minnufih l-ewwel parti tal-konklużjonijiet li kienu ġew miftehma qabel l-Elezzjoni Ġenerali mal-FKNK.
Għaldaqstant ser jitneħħa l-ħlas ta’ €50 għal-liċenzja speċjali tal-kaċċa fir-rebbiegħa u l-kaċċaturi mhux ser ikollhom il-ħtieġa li jilbsu l-faxxa ma’ dirgħajhom kif sar f’dawn l-aħħar tlett snin.
Il-ġranet, ħinijiet u kwoti għal dan l-istaġun se jkunu l-istess bħal ta’ l-istaġun li għadda minħabba li ma kienx hemm iż-żmien biżżejjed biex il-Gvern jikkummissjona studji tekniċi dwar bidliet proposti, liema studji jieħdu ġimgħat sħaħ biex isiru.
Fil-ġimgħat li ġejjin il-Gvern beħsiebu li jressaq l-istudji tekniċi li huma neċessarji sabiex ikomplu jitwettqu l-proposti l-oħra.
Il-proċess tal-infurzar se jiġi msaħħaħ anke bis-sehem attiv tal-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Koservazzjonisti, fejn ksur tal-liġi mhux se jkun tollerat.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en