Left arrow Go Back

“L-ARJA NADIFA U S-SAĦĦA AMBJENTALI SE JKUNU L-PRIJORITÀ TA' DAN IL-GVERN” - LEO BRINCAT, MINISTRU GĦALL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI, AMBJENT U TIBDIL FIL-KLIMA

pr0450
Date Icon 25/03/2013

F'laqgħa mal-uffiċjali ewlenin ta' Din l-Art Ħelwa, li kienu mmexxija mis-Sinjura Simone Mizzi,  meta ġie mistieden jelenka l-prijoritajiet tal-Gvern il-ġdid, il-Ministru Leo Brincat qal li kif jitkellem ċar il-programm elettorali tal-moviment fil-Gvern, l-arja nadifa u s-saħħa ambjentali se jkunu l-prijorità ta' din l-amministrazzjoni.

Huwa qal li fis-sena 2013, li hija meqjusa internazzjonalment bħala s-Sena tal-Arja, l-akbar rigal li l-Gvern jista' jagħti liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin, huwa x'inhuwa t-twemmin politiku tagħhom, huma t-tħejjijiet għall-qalba għall-użu tal-gass fil-ġenerazzjoni tal-elettriku ħalli tinqered darba għal dejjem il-pjaga tal-heavy fuel oil li tant għamlet ħsara lil pajjiżna speċjalment fejn jidħol it-trab fin li huwa l-aktar tniġġiż qerriedi għas-saħħa tal-bnedmin.

Filwaqt li laqa’ s-suġġeriment ta' Din l-Art Ħelwa li jkun hemm laqgħat miegħu f'mod strutturat fuq bażi regolari, kif bi ħsiebu jagħmel ma’ NGOs ambjentali oħrajn, filwaqt li jilqa’ kull tip ta' kritika Brincat qal li biex dawn il-laqgħat iħallu l-frott u ma jkunux biss briefing sessions xtaq li matulhom jibda  jircievi wkoll suġġerimenti prattiċi mill-eNGOs dwar kif l-affarijiet dejjem jistgħu jitmexxew aħjar, kif ukoll fejn huma jkunu f'qagħda li jaġġornaw lill-Gvern dwar l-isforzi u l-impenji tagħhom li jkunu għaddejjin fuq livell prattiku biex jkollna ambjent aħjar.

Brincat tenna l-impenn tiegħu biex ftit jiem wara l-Għid iżur il-Park tal-Majjistral flimkien ma’ dawk li oriġinarjament kienu fuq il-bord tat-tmexxija tiegħu ħalli jiżgura li l-iskop oriġinali tal-proġett verament iseħħ u li dan jibda jitħaddem kif suppost billi jitpoġġa fuq sisien sodi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow