STQARRIJA MILL-KUMITAT ORNIS
pr0444
23/03/2013
Illum, is-Sibt 23 ta’ Marzu, iltaqa’ għall-ewwel darba l-Kumitat ORNIS wara li ġie rekostruwit aktar kmieni din il-ġimgħa.
Il-Kumitat ORNIS iddiskuta d-deroga tal-kaċċa fir-Rebbiegħa u qed jirrikomanda li għal din is-sena l-istaġun ikun tul l-aħħar tliet ġimgħat t’April, iġifieri jiftaħ nhar il-Erbgħa 10 ta’ April u jagħlaq nhar it-Tlieta 30 ta’ April.
Aktar tard il-Ministeru jistudja din ir-rikomandazzjoni u jistipula uffiċjalment id-dati ta’ l-istaġun għall-kaċċa fir-rebbiegħa.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en