STQARRIJA – UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU
Il-Gvern ħatar lill-Avukat Dr Franco Debono bħala Kummissarju tal-Liġijiet (Commissioner of Law).
L-uffiċċju tal-Kummissarju tal-Liġijiet huwa mwaqqaf skont l-Att tal-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutorji.
L-għanijiet tal-Kummissarju tal-Liġijiet huma varji u jassiguraw leġiżlazzjoni aħjar u iktar korretta.
Il-liġi tipprovdi wkoll l-istess Kummissarju tal-Liġijiet għandu jwettaq dawk id-dmirjiet speċifiċi oħra li jistgħu jiġu mogħtija lilu mill-Gvern u għal dan il-għan Dr Debono gie mogħti l-inkarigu li jieħu ħsieb il-kordinament tal-Konvenzjoni Kostituzzjonali li se titlaqqa' matul din il-leġiżlatura.
L-ewwel ħidma tal-Kummissarju Debono se tkun li jħejji t-termini ta' referenza għall-Konvenzjoni Kostituzzjonali.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en