STQARRIJA TAL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN
Il-Gvern Malti irrikonoxxa l-Koalizzjoni Nazzjonali tal-Oppżizzjoni Sirjana bħala l-unika rapprezżentanza leġittima tal-poplu Sirjan. Id-deċiżjoni ġiet ikkomunikata illum mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin Malti George Vella.
Il-Koalizzjoni Nazzjonali tal-Oppożizzjoni Sirjana tiġbor fi ħdanha gruppi li qed jopponu r-reġim ta' Bashar al-Assad. Il-Gvern Malti huwa t-tnax-il stat Membru tal-Unjoni Ewropea li irrikonoxxa l-Koalizzjoni Nazzjonali tal-Oppożizzjoni Sirjana bhala l-unika rapprezentanza legittima tal-poplu Sirjan.
Il-Ministri tal-Affarijiet Barranin Ewropej, li qed jiltaqgħu fl-Irlanda, iddiskutew l-aħħar żviluppi fis-Sirja, fl-isfond tal-eskalazzjoni ta' vjolenza fl-aħħar xhur f'dan il-pajjiż u fuq il-possibilita ta' kif tista' tkun estiża għajnuna umanitarja bl-aktar mod wiesgħa possibbli u ħeggew lil komunità internazzjonali biex tkompli tinidirizza din is-sitwazzjoni.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en