IL-MINISTRU CHRIS CARDONA U S-SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWARD ZAMMIT LEWIS JILTAQGĦU MAL-GENERAL RETAILERS AND TRADERS UNION
F’laqgħa li kellu mal-General Retailers and Traders Union (GRTU) il-Ministru tal-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar Dr. Chris Cardona qal li waqt li qabel l-elezzjoni ġenerali saret konsultazzjoni mal-GRTU issa gvern ġdid irid jaħdem magħha.
Qal li l-gvern jinsab impjenat biex iwettaq il-proposti tiegħu fl-iqsar żmien possibbli. Il-Ministru sostna li l-gvern jifhem l-impatt pożittiv li jħallu fuq l-ekonomija u fuq l-impjiegi s-setturi rappreżentati fil-GRTU. L-istess kif jifhem il-ħtieġa li jkun hemm politika ta’ sinerġija bejn il-gvern u l-istakeholders kollha. Għalhekk, saħaq il-Ministru Chris Cardona, huwa importanti li laqgħat bħal dawn jibdew isiru regolari. Qabel mad-diskussjoni kompliet fil-privat, il-Ministru Cardona tkellem ukoll dwar l-ideat li għandu l-gvern dwar il-Malta Enterprise.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u t-Tkabbir Ekonomiku Dr. Edward Zammit Lewis laqgħa b’soddisfazzjon il-laqgħa mal-GRTU, specjalment meta kienu diskussi setturi importanti għat-tkabbir tal-ekonomija u l-ħolqien tal-impjiegi. Qal li hu jqis lill-GRTU bħala partners fil-proġett tal-gvern il-ġdid għal tkabbir ekonomiku li jilħaq lil kulħadd.
F’Messaġġ ta’ introduzzjoni l-President tal-GRTU Paul Abela esprima l-ferħ tal-GRTU li sa minn kmieni fil-mandat tagħhom il-Ministru u s-Segretarju Parlamentari sabu l-ħin jiltaqgħu mal-Kunsill tal-GRTU. Qal li l-Union tixtieq li jkun hemm rapport mill-aqwa għaliex huma konvinti li flimkien jistgħu jagħmlu ħafna ġid.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en