Left arrow Mur Lura

REVIŻJONI TAR-REĠISTRU ELETTORALI GĦALL-ELEZZJONI ĠENERALI

pr0422
Date Icon 22/03/2013

Il-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali jgħarraf illi d-data tal-għeluq għar-Reġistru Elettorali għall-Elezzjoni Ġenerali, rivedut, li jmissu jkun ippubblikat f’April hija l-31 ta’ Marzu, 2013.

Il-persuni kollha ta’ nazzjonalità Maltija li għandhom 18-il sena u fuqhom u li isimhom ma jidhirx fir-Reġistru Elettorali ppubblikat f’Jannar 2013, u li għadhom ma applikawx għar-reġistrazzjoni bħala votanti, għandhom japplikaw kemm-il darba jkollhom il-kwalifiki neċessarji.  Formoli tal-applikazzjoni jinkisbu mill-Għases tal-Pulizija, mill-Uffiċċji tal-Kunsilli Lokali u mill-Uffiċċju Elettorali.  Dawn il-formoli jistgħu jitniżżlu wkoll mill-website - www.electoral.gov.mt

Huwa fl-interess tal-votanti reġistrati li jivverifikaw li l-partikolaritajiet personali tagħhom kif jidhru fir-Reġistru Elettorali ta’ Jannar 2013 huma korretti. Għandhom ukoll jaraw li l-isem jew in-numru tad-dar, l-isem tat-triq kif ukoll in-numru tal-karta tal-identità tagħhom jidhru sewwa fl-imsemmi Reġistru. Il-votanti reġistrati għandhom jgħarrfu lill-Uffiċċju Elettorali b’kull tibdil/korrezzjoni li jkunu meħtieġa.

Għall-konvenjenza ta’ dawk li jixtiequ japplikaw għar-reġistrazzjoni bħala votanti jew għal tibdil/korrezzjoni fir-Reġistru Elettorali, l-Uffiċċju Elettorali jkun miftuħ għall-pubbliku mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mis-7.30 a.m. sas- 2.00 pm., l-Erbgħa, mit-3.00 p.m. sas-6.00 p.m., u s-Sibt, mis-7.30 a.m. sal-10.30 a.m.

L-istess faċilitajiet jingħataw fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità fi 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex.

L-applikazzjonijiet kollha jistgħu jittieħdu fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali li qiegħed f’Evans Building, Triq il-Merkanti, l-Belt Valletta, fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex, JEW jingħataw lil xi Uffiċjal tal-Pulizija f’xi waħda mill-Għases tal-Pulizija f’Malta u f’Għawdex JEW jintbagħtu lill-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali bil-posta, BIEX JASLU MHUX AKTAR TARD MILL-31 TA’ MARZU, 2013.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow