Left arrow Go Back

IL-GVERN SE JSAĦĦAĦ L-IRWOL TAL-KUMMISSARJU GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DATA

pr0417
Date Icon 21/03/2013

Waqt li kienet qed titkellem f’konferenza internazzjonali dwar il-privatezza fuq l-internet u l-protezzjoni tad-data personali, il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, l-Onor. Helena Dalli, qalet li matul din il-leġislatura l-irwol tal-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data se jissaħħaħ sabiex ikun żgurat li l-informazzjoni personali tal-individwi ma tkunx użata għal skopijiet oħra mill-istat jew minn entitajiet oħra, inkluż is-settur privat.

Il-Ministru Dalli qalet li hi tinsab pożittiva li dwar is-suġġet tal-privatezza, suġġett importanti li għandu impatt fuq iċ-ċittadini kollha, se jkun hemm attitudni mhix partiġġjana mill-politiċi.  Dr Dalli qalet li dibattitu pubbliku b’moħħ miftuħ dwar il-privatezza u l-protezzjoni tad-data, bla dubju se jqajjem diskussjoni dwar l-aspetti legali tal-imġieba fuq l-internet, inkluż il-bilanċ li jrid jintlaħaq bejn id-dritt tal-libertà tal-espressjoni u l-ħajja privata.   

Dr Dalli kienet qed titkellem fil-preżenza tal-‘European Data Protection Supervisor’, is-Sur Peter Hustinx, li kien il-kelliem prinċipali fil-konferenza.  Il-‘European Data Protection Supervisor’ huwa awtorità indipendenti ta’ sorveljanza li tħares il-protezzjoni tad-data personali u l-privatezza u tipromwovi prattiċi tajba fl-istituzzonijiet tal-Unjoni Ewropea u korpi oħra.

Din il-konferenza hija organizzata mill-konsorzju CONSENT, wieħed mill-akbar proġetti ta’ riċerka li qed jinvestiga s-suġġett delikat tal-privatezza fuq l-internet, inkluż sistemi ta’ social networking bħal Facebook u Twitter. Dan il-proġett huwa kkoordinat mill-Università ta’ Groningen fl-Olanda b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Università ta’ Malta, li hija waħda mill-membri prinċipali tal-konsorzju. CONSENT huwa proġett maġġuri ffinanzjat mill-Unjoni Ewropea u huwa mistenni li jipproduċi policy brief u għodod għall-policy-makers u esperti fil-qasam legali. Ir-riżultati ta’ din il-konferenza internazzjonali li saret f’Malta se jkunu riflessi fil-verżjoni finali ta’ policy brief li se tkun preżentata lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Parlament Ewropew f’April.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow