Left arrow Go Back

PROGRAMM TA' ATTIVITAJIET FL-OKKAŻJONI TAL-FESTA NAZZJONALI TA' JUM IL-ĦELSIEN NHAR IS-SIBT 23 TA’ MARZU, 2013

pr0410
Date Icon 20/03/2013

Il-Kumitat Festi Nazzjonali  jħabbar dawn l-attivitajiet biex jitfakkar ”Jum il-Ħelsien” nhar is-Sibt, 23 ta’ Marzu, 2013.

ĊERIMONJA KOMMEMORATTIVA

09h25Marċ mill-Banda u kontinġent tal-Forzi Armati fi Triq it-8 ta’ Diċembru, Bormla u Triq San Lawrenz, Birgu sa quddiem il-Monument tal-Ħelsien, Birgu.
09h30Wasla tal-Banda u l-kontinġent tal-Forzi Armati quddiem il-Monument tal-Ħelsien
09h36Wasla tal-Kap Kmandant tal-Forzi Armati
09h39Wasla tal-Kap tal-Oppożizzjoni
09h42Wasla tal-Prim Ministru
09h45Wasla tal-ET il-President ta’ Malta

                        L-ET il-President ta’ Malta jispezzjona l-Gwardja tal-Unur

                        L-ET il-President ta' Malta, il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni jitilgħu fuq il-Monument tal-Ħelsien. Tindaqq il-Fanfarra u jsir it-tqegħid tal-bukketti.

                        Jindaqq l-Innu Nazzjonali         

REGATTA

12h00              Regatta Tradizzjonali fil-Port il-Kbir organizzata mill-Kunsill Malti għall-Isport.  Ikun hemm tiġrijiet tad-Dgħajjes A tal-Midalji; tal-Frejgatini; tad-Dgħajjes Ċ tal-Pass; Kajjikki; tad-Dgħajjes B tal-Pass fil-Kategoriji Open u dik Reserves. Wara kull tiġrija ssir il-preżentazzjoni tat-tazzi u l-palji tat-tiġrija partikolari.  Wara li jispiċċaw it-tiġrijiet kollha ssir preżentazzjoni tax-Shield lill-klabb li jikseb l-akbar għadd ta’ punti fit-tiġrijiet tal-Kategorija Open u oħra fil-Kategorija Reserves.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow