“BIT-TWETTIEQ TAL-PROGRAMM ELETTORALI TAL-GVERN SER TINGĦATA VUĊI AKTAR EFFETTIVA LILL-GĦAQDIET AMBJENTALI” - LEO BRINCAT, MINISTRU GĦALL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI, AMBJENT U TIBDIL TAL-KLIMA
F'laqgħa li kellu llum fil-Ministeru tiegħu mal-Kunsill tal-Għaqda Ambjentali Nature Trust immexxija mill-President is-Sur Vincent Attard, il-Ministru Leo Brincat qal li bit-twettieq tal-programm elettorali tal-Gvern ser tingħata vuċi aktar effettiva lill-għaqdiet ambjentali
Huwa qal li l-laqgħa ta’ llum hija l-ewwel waħda minn sensiela sħiħa ta’ laqgħat mal-eNGOs fejn fiha tenna l-impenn tal-Gvern li mhux biss ser itihom l-opportunità biex jissuġġerixxu persuni sabiex iservu fuq l-awtoritajiet responsabbli mill-Ippjanar u l-Ambjent rispettivament - la tiġi ristrutturata l-MEPA, iżda bħala għarfien tal-importanza mistħoqqa tal-eNGOs li jaħdmu f'dan il-qasam, il-Gvern ġdid kien saħansitra kommess li jwaqqaf fond finanzjarju apposta li minnu sejrin igawdu dawk l-għaqdiet ambjentali sabiex ikunu f'pożizzjoni aħjar li jwettqu l-ħidma tagħhom b'mod aktar effettiv.
Il-Ministru Brincat wiegħed li mhuwiex sejjer jikkonsulta lill-eNGOs biss meta tkun ġejja elezzjoni ġenerali, iżda jinsab kommess li jżomm kuntatt miftuħ u regolari magħhom matul is-sena kollha - kif kien għamel mill-bankijiet tal-Oppożizzjoni.
Fost it-temi diskussi kien hemm il-ħidma tal-Heritage Parks Foundation fejn il-Ministru wera l-interess tiegħu li jżur d-diversi proġetti f'dan il-qasam fosthom il-Park tal-Majjistral fil-ġejjieni qarib ħalli jara l-istat attwali tal-Park u kif l-affarijiet jistgħu jitjiebu.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en