Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MAĦRUĠA MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI RODERICK GALDES

pr0403
Date Icon 16/03/2013

B’referenza għall-istorja li dehret fuq il-ġurnal lokali ‘The Times of Malta’ ta’ nhar il-Ħamis 14 ta’ Marzu, 2013, dwar santwarju tal-qtates li jinsab fil-binja tal-Maċina fl-Isla fejn kienu se jiġu evakwati u eventwalment imraqqda numru sostanzjali ta’ qtates.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja u Sajd u Drittijiet għall-Annimali, l-Onor. Roderick Galdes, fl-ewwel  ġurnata ta’ ħidma tiegħu f’din il-kariga, flimkien mal-Animal Welfare, ħa l-passi immedjati biex dan ma jseħħx, u tinstab soluzzjoni biex flimkien mad-Dipartiment tal-Artijiet jinstab post alternattiv.

Milli jidher dan il-każ ilu għaddej għal diversi snin mingħajr qatt ma ttieħdet l-azzjoni meħtieġa.

Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes qiegħed jistenna l-proposti mingħand id-Dipartiment tal-Artijiet u l-għaqda kkonċernata biex jinstab post alternattiv sabiex dawn l-annimali jkunu mħarsa.

Id-Dipartiment tal-Animal Welfare aġixxa fuq dawn l-istruzzjonijiet.  Qiegħda tiġi kkunsidrata wkoll il-possibilità li tiġi mogħtija għajnuna finanzjarja mill-Baġit  ta’ din is-sena skont il-proposti  li hemm fih biex jiġu megħjuna dawn l-NGO’s.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow