STQARRIJA MAĦRUĠA MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI RODERICK GALDES
B’referenza għall-istorja li dehret fuq il-ġurnal lokali ‘The Times of Malta’ ta’ nhar il-Ħamis 14 ta’ Marzu, 2013, dwar santwarju tal-qtates li jinsab fil-binja tal-Maċina fl-Isla fejn kienu se jiġu evakwati u eventwalment imraqqda numru sostanzjali ta’ qtates.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja u Sajd u Drittijiet għall-Annimali, l-Onor. Roderick Galdes, fl-ewwel ġurnata ta’ ħidma tiegħu f’din il-kariga, flimkien mal-Animal Welfare, ħa l-passi immedjati biex dan ma jseħħx, u tinstab soluzzjoni biex flimkien mad-Dipartiment tal-Artijiet jinstab post alternattiv.
Milli jidher dan il-każ ilu għaddej għal diversi snin mingħajr qatt ma ttieħdet l-azzjoni meħtieġa.
Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes qiegħed jistenna l-proposti mingħand id-Dipartiment tal-Artijiet u l-għaqda kkonċernata biex jinstab post alternattiv sabiex dawn l-annimali jkunu mħarsa.
Id-Dipartiment tal-Animal Welfare aġixxa fuq dawn l-istruzzjonijiet. Qiegħda tiġi kkunsidrata wkoll il-possibilità li tiġi mogħtija għajnuna finanzjarja mill-Baġit ta’ din is-sena skont il-proposti li hemm fih biex jiġu megħjuna dawn l-NGO’s.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en