IL-MINISTRU LEO BRINCAT IŻUR L-INĊINERATUR TAL-MARSA TAL-WASTESERV
Wara li l-bieraħ il-Ministru Leo Brincat kellu laqgħa fl-impjant ta' Sant Antnin mas-CEO tal-Wastserv, illum huwa żar l-inċineratur tal-Marsa fejn iltaqa’ mal-ogħla uffiċjali tal-impjant u mal-ħaddiema nfushom.
Huwa qal li l-għan tal-Gvern il-ġdid huwa li kull ma għandu x'jaqsam mal-Wasteserv jitħaddem skont l-ogħla prattiċi Ewropej bi trasparenza sħiħa ħalli jkun jista’ jiġi żgurat il-good governance.
Huwa qal li ser jiżgura li n-nuqqasijiet kollha li wasslu għar-rapport inkwetanti tal-Awditur Generali dwar il-Wasteserv jiġu indirizzati mingħajr teflien ta’ żmien għas-sodisfazzjon ta’ kullħadd ħalli wieħed ikollu stampa attwali u korretta dwar dak kollu li għadda u jinsab għaddej bħalissa fil-Wasteserv.
Huwa serraħ ras il-ħaddiema kollha li l-ebda impjieg ma huwa pperikolat u li kien jinsab dispost li fil-ġejjiieni qarib jorganizza laqgħa għall-ħaddiema tal-Wastserv li, dejjem jekk jaqblu huma, tkun miftuħa għall-istampa. Min-naħa tiegħu ma kienx ser ikun hemm ebda oġġezzjoni għal dan.
Huwa ddawwar mis-CEO tal-Kumpanija s-Sur Saviour Abela.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en