Left arrow Go Back

KONTINWITÀ FIL-POLITIKA BARRANIJA

pr0398
Date Icon 15/03/2013

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin George Vella indirizza lill-Korp Diplomatiku akkreditat għal Malta f’laqgħa li kellu magħhom dalgħodu fejn qal li fil-politika barranija se jkun hemm kontinwità ta’ ħsieb.

Dan billi l-Gvern ikompli jsaħħaħ ir-relazzjonijiet mal-pajjiżi Ewropej fuq bażi bilaterali u jkompli jsaħħaħ ir-relazzjonijiet ma’ pajjiżi oħra fosthom iċ-Ċina, l-Istati Uniti u l-Brażil fost l-oħrajn.

Il-Ministru George Vella spjega li l-Ministeru tiegħu huwa responsabbli għar-relazzjonijiet bilaterali mal-pajjiżi Ewropej waqt li d-Deputat Prim Ministru Louis Grech se jkun responsabbli għar-relazzjonijiet mal-Unjoni Ewropea.

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin spjega lill-Ambaxxaturi akkreditati għal Malta li huwa l-ħsieb tal-Gvern li jimmassimizza l-użu tal-Ambaxxati Maltin fil-pajjiżi rispettivi tagħhom.

Gvern ġdid, qal George Vella  se jiffokka fuq ir-reġjun tal-Mediterran fosthom ir-rivoluzzjoni fid-dinja Għarbija, qal li din hija sfida kbira għall-Malta li għandha d-dover li tgħin lil dawn il-pajjiżi. Tkellem dwar l-isfidi fil-Lvant Nofsani fejn qal li l-problemi fir-reġjun qed jikbru minħabba r-rivoluzzjoni fis-Sirja.

“Quddiemna għandna xogħol kbir” qal il-Ministru Vella għaliex Malta trid tipprepara għall-Presidenza tal-Unjoni Ewropea li tfisser organizzazzjoni ta’ madwar 1,500 laqgħa fuq perjodu ta’ 6 xhur. “Biex nagħmlu dan kollu għandna bżonn l-għajnuna ta’ kulħadd” qal il-Ministru Vella.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow