IL-GVERN MALTI MISTIEDEN GĦAĊ-ĊERIMONJA TAL-INAWGURAZZJONI TAL-PONTIFIKAT TAL-PAPA FRANĠISKU
pr0394
14/03/2013
Il-Gvern Malti kien mistieden mis-Santa Sede għaċ-ċerimonja tal-pussess tal-Papa Franġisku bħala Isqof ta’ Ruma, liema ċerimonja se ssir fid-19 ta’ Marzu. L-istedina saret waqt laqgħa li l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Dr. George Vella kellu maċ-Charge d’Affairs tal-Ambaxxata tas-Santa Sede f’Malta Mons. Filippo Colnago.
Din kienet l-ewwel laqgħa uffiċjali li kellu Dr. George Vella bħala Ministru tal-Affarijiet Barranin li fiha kienu diskussi r-relazzjonijiet diġà tajbin bejn iż-żewġ naħat u kif dawn ir-relazzjonijiet jistgħu jissaħħu.
Fil-laqgħa sar magħruf li n-Nunzju Appostoliku għal Malta mistenni jinħatar f’nofs April li ġej.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en