STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT
L-ewwel laqgħa bejn il-Malta Enterprise u l-kumpanija Actavis dwar id-deċiżjoni meħuda mill-management internazzjonali ta' din il-kumpanija farmaċewtika li tagħlaq id-Dipartiment tar-riċerka f'pajjiżna kienet waħda pożittiva u ntlaħaq qbil li jitkomplew id-diskussjonijiet fil-jiem li ġejjin.
Intant, il-Management lokali tal-Actavis se jkun qed iressaq il-proposti li qed jiġu diskussi mal-Malta Enterprise lill-Management internazzjonali bl-għan li tinstab soluzzjoni li tħares l-impjiegi tal-persuni affettwati.
Il-kumpanija kkonfermat lill-Malta Enterprise li din id-deċiżjoni meħuda minħabba l-amalgamazzjoni tagħha ma' kumpanija oħra tal-farmaċewtika mhux se taffettwa l-bqija tal-madwar 1,000 ħaddiem li jaħdmu fit-taqsimiet l-oħra tal-kumpanija.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en