STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT
Dalgħodu l-Gvern ġie mgħarraf mill-kumpanija Actavis li, bħala parti mill-proċess ta’ ristrutturar globali, kif ukoll il-proċess ta’ amalgamazzjoni bejn iż-żewġ kumpaniji tal-farmaċewtika Actavis u Watson, din kienet se tagħlaq id-Dipartiment tar-Riċerka u Żvilupp f’Bulebel. Din id-deċiżjoni potenzjalment taffettwa l-impjieg ta’ 60 persuna. Madankollu, il-kumpanija - li tħaddem madwar 1,000 ruħ f’pajjiżna ċċarat li dan ir-ristrutturar b’ebda mod ma jaffettwa l-bqija tal-ħaddiema li huma impjegati fil-qasam tal-manifattura, bejgħ u marketing.
B’mod immedjat, il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech talab lill-Malta Enterprise, biex bl-istess mod kif fl-eqqel tal-kriżi tal-2009, intervjeniet mal-fabbriki u nstabu soluzzjonijiet biex jiġu salvati l-impjiegi, bl-istess mod jinbdew diskussjonijiet mal-istess Actavis dwar dan l-iżvilupp. Dan bl-għan li jiġu mfittxija soluzzjonijiet alternattivi, inkluż permezz ta’ għajnuna mill-Gvern, biex tinstab soluzzjoni kemm jista’ jkun malajr għal dawn l-impjegati li se jintlaqtu minn din id-deċiżjoni.
Id-deċiżjoni tal-kumpanija, meħuda fuq livell internazzjonali, li twettaq ristrutturar globali, tkompli tagħti xhieda tad-diffikultajiet kbar li għad hemm madwarna, u l-ħtieġa ta’ deċiżjonijiet u policies għaqlin li jipproteġu l-postijiet tax-xogħol u li joħolqu opportunitajiet ġodda ta’ impjieg.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en