AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
pr0364
07/03/2013
ELEZZJONIJIET ĠENERALI U TAL-KUNSILLI LOKALI - MARZU 2013
Votazzjoni
Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar lill-Pubbliku li l-ħinijiet tal-votazzjoni għall-Elezzjonijiet Ġenerali u tal-Kunsilli Lokali nhar is-Sibt, 9 ta’ Marzu, 2013, ser ikunu bejn is-7.00 a.m. u l-10.00 p.m. bla waqfien.
Fil-kamra tal-votazzjoni jiddaħħlu għaxar votanti li ma għandhomx bzonn għajnuna għal kull votant li jkollu bzonn għajnuna tal-Assistenti Kummissjonarji Elettorali biex jivvota.
Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf ukoll li kull persuna li tostakola jew iżżomm l-aċċess
ħieles ta’ votant milli jivvota ikun ħati ta’ reat skont il-liġi.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en