Left arrow Mur Lura

IMNEDIJA SKEMA BIEX AKTAR FAMILJI JIBBENEFIKAW MINN GĦOTJA BIEX JINSTALLAW PANELLI FOTOVOLTAJIĊI

pr0361
Date Icon 06/03/2013

Illum il-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali George Pullicino ħabbar skema ġdida li permezz tagħha mat-8,400 familja se jkunu jistgħu jibbenefikaw minn għotja li toffri 50% tal-kapital sa massimu ta’ €2,500 biex jinstallaw sistema ta’ panelli fotovoltajiċi. 

Flimkien ma’ din l-għotja l-Gvern qed jintrabat li jagħti feed-in-tariff ta’ 0.22c grantita għal 6 snin. Bi spiża ta’ panelli li jlaħħqu l-€5,000 hu kkalkulat li familja kapaċi tiġġenera mat-3,000 unit ta’ elettriku. B’dan ix-xenarju, il-payback għal kull familja se jkun 5 snin u nofs.

Għal din l-iskema l-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali applika għall-fondi tal-Unjoni Ewropea b’ammont li jlaħħaq l-€21 miljun. L-applikazzjoni tinsab fl-aħħar stadju tagħha u hekk kif l-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi tirċievi l-Grant Letter mingħand mingħand l-Awtorità tat-Tmexxija tal-fondi, tibda tilqa’ l-applikazzjonijiet mill-aħħar ta’ Marzu. Il-Fondi Ewropej għal din l-iskema se jingħataw taħt Priority Axis 4,  Tibdil fil-Klima u Effiċjenza tar-Riżorsi.

Issa li tħabbar li fi ftit ġranet oħra se tiftaħ l-iskema, sew il-familji kif ukoll il-fornituri ta’ din it-teknologija jistgħu jibdew jagħmlu l-preparamenti meħtieġa. Huwa importanti li l-arranġamenti bejn il-bejjiegħ u x-xerrej ma jsirux qabel tinħareġ l-applikazzjoni mill-MRA (Malta Resources Authority) ħalli kulħadd ikun jaf sew il-kriterji għal benifiċjarji x’inhuma.

Il-Ministru Pullicino qal li fl-aħħar snin €15 – il miljun ġew investiti biex aktar minn 6,000 familja ngħataw għajnuna biex jinvestu f’sistema ta’ panelli fotovoltajiċi. B’din l-iskema issa mat-8,400 familja oħra se jkunu jistgħu jibbeneifkaw min għotja vantaġjuża u se jingħataw bejniethom mal-€21 miljun, li fir-realtà peress li dan ikopri nofs l-ispiża, l-investiment sħiħ se jkun €42 miljun fl-ekonomija tal-pajjiż.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow